Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Other 6th March, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika ddedikata li tħares il-ħtiġijiet tal-industrija tal-ktieb Malti, bi pjaċir iħabbar il-ħatra ta’ 5 membri ġodda fil-Bord tiegħu. Dal-membri ġodda se jikkontribwixxu bis-saħħa tal-għarfien speċjalizzat tagħhom, tal-perspettivi differenti, u tal-passjoni komuni li għandhom għad-dinja tal-kotba. Il-Kunsill huwa mmexxi minn Bord mhux eżekuttiv ta’ disa’ membri nnominati mill-Ministru għall-Edukazzjoni u maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ tliet snin. Il-membri tal-Bord jistgħu jinħatru mill-ġdid wara li jiskadi t-terminu. Il-membri l-ġodda huma l-awtriċi Dr Sandra Hili Vassallo, il-pubblikatur ta’ Faraxa Publications, is-Sa Joanne Micallef, il-Maniġer ta’ Heritage Malta Publications, is-Sur Godwin Vella, il-poeta u edukatur Dr Omar Seguna, u l-awtur u lettur Dr David Aloisio, dan tal-aħħar appuntat bħala Deputat Chairperson. Il-Bord reġa’ beda l-laqgħat regolari tiegħu nhar it-Tlieta 5 ta’ Marzu biex jiddiskuti l-ħidma tal-Kunsill għal din is-sena u l-istrateġija għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħares bil-ħerqa lejn il-frott tal-isforzi kollaborattivi tal-membri l-ġodda ma’ dawk eżistenti, sabiex ikun żgurat li s-suq tal-pubblikazzjonijiet Maltin jibqa’ forma vibranti tal-espressjoni kulturali u edukattiva. Il-Membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma: Kap Eżekuttiv Mr Mark Camilleri Segretarju tal-Bord Mr Matthew Borg Deputat Chairperson Dr David Aloisio Membri oħra Sa Daniela Attard Bezzina Dr Maria Brown Dr Sandra Hili Vassallo Sa Joanne Micallef Dr Omar Seguna Mr Godwin Vella SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More