Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimplimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta f’ħidma mal-Arkivji Nazzjonali Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimplimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta f’ħidma mal-Arkivji Nazzjonali Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 13th November, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif implimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta b’mod uffiċjali, f’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. Dan ifisser li mil-lum ’il hemm dokumenti ewlenin li għandhom x’jaqsmu mal-KNK se jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Politika, li ġiet approvata formalment waqt żjara minn rappreżantanti tal-KNK għand l-Arkivji llum, 13 ta’ Novembru 2023, se tassigura li jinħażnu rekords kruċjali relatati mal-istorja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-pass ittieħed wara diskussjonijiet fil-fond bejn iż-żewġ entitajiet megħjuna mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, li wasslu għall-awtorizzazzjoni ta’ skeda komprensiva ta’ żamma tad-dejta. L-implimentazzjoni ta’ dil-politika tixħet dawl fuq l-impenn li hemm bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex dad-dokumenti jkunu ppreservati b’mod rispettuż. L-inizjattiva tassigura li dokumenti li għandhom valur storiku jimxu lejn l-Arkivji Nazzjonali sabiex ikunu ppreservati b’mod permanenti. Waqt il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, iddeskriva l-mument bħala wieħed storiku, “Għall-ewwel darba u bis-saħħa ta’ dal-ftehim, dokumenti importanti ħafna li għandhom x’jaqsmu mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew il-Fiera Internazzjonali tal-Kotba – kif kien magħruf il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fit-tmeninijiet – se jinħażnu u jkunu aċċessibbli għal kulħadd”. F’ġieħ l-integrità u r-relevanza, dil-politika se tkun iċċekkjata kull tant snin sa minimu ta’ darba kull ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri llum. Dawn iċ-ċekkjaturi jħarsu lejn ir-rilevanza tal-kategoriji li jiggwidaw il-proċess u d-dokumentazzjoni, l-aktar fid-dawl ta’ xi bidliet legali jew ta’ proċedura. Barra minn hekk, dil-politika tieħu post kull politika taż-żamma tad-dejta oħra li kienet qed topera fuq dokumenti simili. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More