Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Abbozz tal-Atti Legali għall-Konsultazzjoni back to news Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Abbozz tal-Atti Legali għall-Konsultazzjoni Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other 12th August, 2020 Mindu tlaqqgħu l-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba u l-konsultazzjoni annwali mal-pubblikaturi u msieħba oħra fl-2019, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb beda l-proċess biex joħloq qafas leġislattiv għaż-żamma tal-istandards u l-medjazzjoni professjonali fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Dal-proċess inzerta qed iseħħ fl-istess żmien meta l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa r-riedni f’idejh bħala l-entità governattiva minn Malta li qed tieħu ħsieb li tinnegozja mal-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea biex tiddaħħal id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta hawnhekk qafas leġislattiv imfassal fuq strateġija varjata sabiex jiġu introdotti standards bażiċi fl-industrija u fl-istess ħin jiġu trasposti l-proviżjonijiet legali tad-direttiva tal-UE li ssemmiet hawnhekk. Il-qafas leġislattiv jinqasam f’erba’ biċċiet ewlenin: 1) In-notifika legali li tistabbilixxi lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala entità qed tiġġedded bħala Att Parlamentari sabiex tagħtih aktar awtonomija mill-poter politiku tal-gvern. Dan jagħti aktar saħħa lill-awturi biex ikunu huma li jiddeċiedu fuq il-prijoritajiet tal-politiki li jaffettwawhom, u li jiġu diskussi waqt il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba. Dan l-att se jkun jinkludi wkoll lill-illustraturi u l-imsieħba uffiċjali tal-industrija tal-ktieb. Ikun hemm tletin (30) jum ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba minn meta jiġi ppubblikat dan l-abbozz. 2) It-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali fil-liġi lokali. Bis-saħħa t’hekk jidħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ medjazzjoni u standards kuntrattwali ta’ livell Ewropew fl-industrija lokali, tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ min għandu d-drittijiet artistiċi fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet diġitali u tas-Soċjetajiet għall-Amministrazzjoni Kollettiva tad-Drittijiet biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet kollettivi fuq problemi ta’ drittijiet kummerċjali, u tassigura li pubblikaturi tal-istampa jkollhom id-drittijiet legali f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbarijiet online. Ikun hemm tletin (30) jum ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba minn meta jiġi ppubblikat dan l-abbozz. 3) L-approvazzjoni tal-ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar l-Education Exception, sabiex min għandu d-drittijiet artistiċi jkun dovut lilu l-ħlas xieraq ta’ dawn id-drittijiet meta xogħlu jintuża fis-sistema edukattiva pubblika, u sabiex f’dan kollu tiġi segwita d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali. Dan il-ftehim qed jiġi ffinalizzat bħalissa f’diskussjonijiet mar-rappreżentanti mill-qasam edukattiv u mill-Ministeru. 4) Inċentivi fiskali li jinkuraġixxu lill-imsieħba fl-indistrija jimxu ma’ standards professjonali, l-aktar meta niġu għall-ħlas tad-drittijiet lill-awtur li ma jkunux taxxabbli, u biex il-pubblikatur ikun jista’ jitlob sa 200% rifużjoni tat-taxxa fuq id-drittijiet kollha mħallsa lill-awturi. Notifika legali dwar dawn l-inċentivi fiskali se tkun ippubblikata wara li jitħabbar il-Baġit tal-Gvern aktar tard dis-sena. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden lill-imsieħba biex jgħidulna x’jaħsbu dwar dawn l-atti legali. Il-kontenut ta’ dawn l-atti tħejja wara laqgħat ta’ konsultazzjoni twal mal-imsieħba u anki waqt il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba tul l-aħħar sena. Nemmnu b’konvinzjoni li qed nippreżentaw qafas leġislattiv professjonali li se jinċentiva lill-industrija biex tikber. Wara t-tletin (30) jum ta’ konsultazzjoni l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jemenda fejn ikun hemm bżonn biex sussegwentament ikun jista’ jippreżenta l-abbozz lill-Ministru tal-Edukazzjoni. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-imsieħba, il-professjonisti, it-tekniċi u l-avukati kollha li għenuna nikkonkludu dan il-proċess intrikat u twil. Bis-sapport tagħkom biss inkunu nistgħu nibqgħu nisħqu mal-gvern dwar l-importanza li nsostnu u nissapportjaw l-industrija lokali tal-pubblikazzjoni. Copyright Amendment Act National Book Council Act SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More