Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2023 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2023 Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • London Book Fair • Other 3rd April, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) se jkun qed jattendi l-London Book Fair 2023 bejn it-18 u l-20 t’April, bl-istand 6E45. Din il-fiera kbira sseħħ kull sena f’Olympia Kensington, u hija l-post fejn jiltaqgħu bosta ħaddiema u professjonisti involuti fl-industrija letterarja. Bħala parti mill-isforzi tiegħu li jesporta l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna, il-KNK baqa’ jattendi sena wara sena dan l-avveniment għal dawn l-aħħar snin. Ngħidu aħna, grazzi għall-parteċipazzjoni tal-KNK is-sena l-oħra, l-edizzjoni li jmiss ta’ Modern Poetry in Translation se jkollha sezzjoni ddedikata lill-poeżija Maltija. Il-KNK jirrikonoxxi l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-awturi u l-pubblikaturi Maltin meta jaffaċċjaw id-dinja internazzjonali tas-suq tal-pubblikazzjoni, u jistinka biex ikebbes is-suċċess tagħhom f’dan l-ambitu. Huwa b’dan il-għan li l-KNK nieda aktar kmieni dis-sena l-inizjattiva għall-Pubblikaturi, Awturi u Tradutturi minn Malta għal The London Book Fair 2023. Permezz t’hekk il-pubblikaturi ngħataw l-opportunità li jiġġeneraw introjtu kummerċjali ieħor għall-industrija lokali bil-bejgħ tad-drittijiet. Il-KNK jixtieq iħabbar b’sodisfazzjoni li minn din l-inizjattiva se jkun jista’ jissussidja l-ispejjeż ta’ vjaġġar lil EDE Books, Faraxa Publishing u Midsea Books, filwaqt li l-awtriċi Rena Balzan flimkien mal-pubblikaturi SKS u BDL se jingħataw il-biljetti tad-dħul għall-fiera. Il-benefiċjarji se jattendu numru ta’ avvenimenti u attivitajiet immirati biex jigwidawhom fuq kif jippiċċjaw xogħolhom lil pubblikaturi u aġenti barranin. Gutenberg Press u d-dar ta’ pubblikazzjoni bbażata f’Londra Praspar Press se jkunu preżenti wkoll fl-istand tal-KNK fil-London Book Fair. Grazzi għall-kollaborazzjoni bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), li twieldet fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tas-sena l-oħra, erba’ illustraturi ingħataw il-fondi biex ikunu jistgħu jitilgħu għall-fiera mal-KNK. Kyle Xuereb Cunningham, Ed Dingli, Fleur Sciortino u Matt Stroud se jkollhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar imħallsa mill-KMA. Dan jorbot mal-istrateġija tal-KMA 2025 li tiffoka fuq “id-disinn u l-illustrazzjoni u nespandu l-ilħiq ta’ din l-industrija u nippromwovu l-qari u l-litteriżmu fost il-pubbliku.” Flimkien mal-KNK, il-Kunsill Malti għall-Arti jistinka sabiex jippromwovi karrieri fl-arti u fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Din l-iskema ta’ appoġġ għall-iżvilupp hija opportunità biex l-artisti jikbru professjonalment, u l-illustrazzjonijiet tagħhom se jkunu esebiti fl-Illustrators’ Gallery fil-London Book Fair. L-illustrazzjonijiet ta’ Naomi Gatt u Gattaldo se jintwerew ukoll. L-illustraturi ġew selezjonati mill-‘Malta Community of Illustrators’ (MCOI), mill-Annwali tagħhom. Fittxu l-istand tagħna, 6E45, fil-London Book Fair f’Olympia, Kensington, u ibqgħu segwuna għal aktar informazzjoni fuq dawk li bbenefikaw mill-inizjattiva għall-Pubblikaturi, Awturi u Tradutturi, kif ukoll l-illustraturi li se jingħaqdu magħna. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More