Home / News / Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 Back to News Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 28th February, 2018 Il-mużiċist u kompożitur żgħażugħ ġdid fix-xena lokali, Noah Fabri, se jkun qiegħed idoqq waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus it-Tnejn 21 ta’ Marzu fil-quadrangle tal-Università. B’mużika alterattiva għall-aħħar, Noah se jaqsam mal-udjenza kanzunetti mill-album diġitali tiegħu, li rrekordja d-dar, bl-isem The psychiatrist never called back, kollezzjoni ta’ kanzunetti li jesperimentali ħafna mill-aspett melodiku, imżewwqin b’lirika intelliġenti li tesplora temi adulti. Noah Fabri għandu 18-il sena. Hu jdoqq il-kitarra u jistudja l-antropoloġija. Iħobb lill-Beatles u lil David Bowie, u l-mużika jazz u folk. Iħobb jaqra. Fi kliemu, iħobb jaħli l-ħin. Jista’ jkun li hu anarkista imma għadu mhux ċert. “Bdejt ngħix ta’ 17-il sena u qabel dan bdejt nikteb u ndoqq il-mużika. F’xi punt f’ħajti tgħallimt xi ħaġa. Inħobb kollox u lil kulħadd bl-istess mod.” Il-bijografija ta’ Noah tagħti ħjiel ta’ x’wieħed għandu jistenna fil-kunċert. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv. Għal aktar tagħrif dwar dan il-kunċert u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn. [add_posts category=campus-festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More