Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – Il-finalisti


[vc_row][vc_column][vc_column_text css=”.vc_custom_1597323489074{padding-right: 50px !important;}”]
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 għall-kotba ppubblikati fl-2019.
Il-lista tal-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2020 tintgħażel minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u sservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li se jsir mill-11-15 ta’ Novembru f’Dar il–Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
Minn total ta’ 182 sottomissjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 intgħażlu 68 ktieb finalist; 44 fid-disa’ kategoriji għall-kotba għall-adulti u 24 għall-Premju Terramaxka. Minn din is-sena, il-pubblikazzjonijiet ta’ poeżija qed jiġu kkunsidrati għal premji f’żewġ kategoriji distinti, għall-Poeżija bl-Ingliż u għall-Poeżija bil-Malti, li jikkorrispondu mal-lingwa li fiha nkitbu l-ġabriet.
Il-kategoriji għar-Riċerka Ġenerali u r-Riċerka Bijografika u Storjografika għandhom l-akbar numru ta’ kotba finalisti, bi ħdax-il titlu f’kull kategorija li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti tal-Melitensja. Il-kategorija tal-Premju Terramaxka għal Xogħlijiet Oriġinali għall-adolexxenti ta’ 13-16-il sena hija l-unika waħda li għaliha ma ntgħażlux kotba finalisti.
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 u fis-16 ta’ Lulju l-aġġudikanti ressqu l-lista ta’ kotba finalisti. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, filwaqt li r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 jitħabbru waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni aktar tard f’Diċembru.
Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt fuq https://ktieb.org.mt/
[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text]Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020: kotba ppubblikati fl-2019
Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż
Novelli bil-Malti u bl-Ingliż
Poeżija bil-Malti
Poeżija bl-Ingliż
Drama bil-Malti u bl-Ingliż
Letteratura Mhux Fittizja
Traduzzjoni
Riċerka ta’ Natura Ġenerali
Riċerka Bijografika u Storjografika
Il-finalisti tal-Premju Terramaxka 2020: kotba ppubblikati fl-2019
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7)
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)
Ma hemmx kotba finalisti f’din il-kategorija.
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7)
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12)
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16)
[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text css=”.vc_custom_1595254297795{padding-top: 30px !important;}”][add_posts category=book-prize-en show=100][/vc_column_text][/vc_column][/vc_row]