Home / News / Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad Back to News Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 24th January, 2013 Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2013, f’ċerimonja li fiha kienu preżenti l-Ministri tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa, il-KNK għadda numru ta’ basktijiet iddisinjati apposta għas-Sezzjoni tal-Parentscraft fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-basktijiet jinkonsistu minn żewġ kotba ta’ stejjer għat-trabi u manwal għall-ġenituri. Dawn il-pubblikazzjonijiet kellhom jitqassmu lill-ommijiet kollha li kienu se jwelldu jew lil dawk li kienu għadhom kif welldu. Wieħed mill-kotba huwa antoloġija ta’ stejjer kompletament illustrata . Din inkitbet minn awturi differenti u ġiet editjata minn Victor Fenech filwaqt li l-ktieb l-ieħor huwa antoloġija ta’ siltiet editjati mill-poeżiji ta’ Dun Karm b’illustrazzjonijiet ta’ Trevor Zahra. Il-manwal huwa gwida edukattiva għall-ġenituri u mfassal sabiex jgħinhom irawmu l-imħabba għall-qari u l-kotba f’uliedhom. Dan il-manwal ġie sponsorjat minn GlobalCapital Plc. Barra minn hekk, b’konġunzjoni mas-Sezzjoni tal-Parentscraft, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jorganizza sensiela ta’ diskorsi u preżentazzjonijiet għall-qwiebel u għall-ommijiet tqal fuq l-importanza tal-qari għat-tfal imwielda u dawk li għadhom ma tweldux. For more information click on the presentation below: aqra ktieb qabel l-irqad . SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More view all similar news
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More