Home / News / Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad Back to News Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 24th January, 2013 Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2013, f’ċerimonja li fiha kienu preżenti l-Ministri tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa, il-KNK għadda numru ta’ basktijiet iddisinjati apposta għas-Sezzjoni tal-Parentscraft fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-basktijiet jinkonsistu minn żewġ kotba ta’ stejjer għat-trabi u manwal għall-ġenituri. Dawn il-pubblikazzjonijiet kellhom jitqassmu lill-ommijiet kollha li kienu se jwelldu jew lil dawk li kienu għadhom kif welldu. Wieħed mill-kotba huwa antoloġija ta’ stejjer kompletament illustrata . Din inkitbet minn awturi differenti u ġiet editjata minn Victor Fenech filwaqt li l-ktieb l-ieħor huwa antoloġija ta’ siltiet editjati mill-poeżiji ta’ Dun Karm b’illustrazzjonijiet ta’ Trevor Zahra. Il-manwal huwa gwida edukattiva għall-ġenituri u mfassal sabiex jgħinhom irawmu l-imħabba għall-qari u l-kotba f’uliedhom. Dan il-manwal ġie sponsorjat minn GlobalCapital Plc. Barra minn hekk, b’konġunzjoni mas-Sezzjoni tal-Parentscraft, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jorganizza sensiela ta’ diskorsi u preżentazzjonijiet għall-qwiebel u għall-ommijiet tqal fuq l-importanza tal-qari għat-tfal imwielda u dawk li għadhom ma tweldux. For more information click on the presentation below: aqra ktieb qabel l-irqad . SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More