Home / News / Il-programm ‘Taħt il-Qoxra’ b’forma u kontenut ġdid Back to News Il-programm ‘Taħt il-Qoxra’ b’forma u kontenut ġdid Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 8th April, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li l-programm tar-radju li jtella’ kull ġimgħa, Taħt il-Qoxra ppreżentat minn Rachelle Deguara, se jibda jsir b’forma u kontenut ġdid. Taħt il-Qoxra issa daħal fir-raba’ sena tiegħu. Iltqajna ma’ għexieren ta’ kittieba lokali, tkellimna dwar temi, oqsma, u ġeneri ta’ kitba varji, u ma ddejjaqniex nistaqsu mistoqsijiet li firxu mill-informattiv sal-iskomdu. Il-progammi kollha li għamilna sa issa jipprovdu minjiera ta’ informazzjoni utli għall-ħabbieba tal-kotba, l-istudenti, u anki l-akkademiċi, u jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mill-Ħadd 11 ta’ April il-programm se jieħu xejra oħra. Il-preżentatriċi, Rachelle Deguara, se tmexxi diskussjoni ma’ aktar minn mistieden wieħed, li mhux bilfors ikunu kittieba biss, b’format aktar miftuħ li jistrieħ fuq skambju ta’ ideat. Il-punt tat-tluq jibqa’ l-kotba, iżda l-konverżazzjoni se tinfirex għal oqsma oħra tal-ħajja relevanti. Ladarba l-letteratura u l-kotba jitkellmu dwar l-ħajja, il-kittieb – sija jekk rumanzier, poeta, kittieb tal-memoirs u l-bqija – għandu ħafna xi jgħid u jiddiskuti ma’ persuni b’xogħlijiet jew professjonijiet oħra fis-soċjetà. B’hekk qed nittamaw li b’dawn l-iskambji jinxteħet dawl ġdid fuq il-kotba Maltin, jiġi ġġenerat interess minn angoli differenti fil-letteratura Maltija, u naċċentwaw jew nixprunaw il-kontribut validu tal-kittieba Maltin fi mkejjen oħra tal-ħajja. Il-programmi l-ġodda se jibdew jixxandru diretti fuq il-Facebook tal-KNK nhar il-Ħadd fis-7.30pm bħala poddata u fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Għal dawk li jippreferu r-radju, fl-istess ħin u ġurnata l-programm ikun qed jixxandar fuq Radju Malta. U għal dawk li jkunu jridu jsegwu l-programm ħin ieħor, jistgħu jsibuh fuq is-serje jisimha ‘Taħt il-Qoxra’ fil-kont ta’ Soundcloud fejn isibu wkoll il-programmi kollha l-oħra tas-sensiela l-qadima. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More