Home / News / Il-programm ‘Taħt il-Qoxra’ b’forma u kontenut ġdid Back to News Il-programm ‘Taħt il-Qoxra’ b’forma u kontenut ġdid Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 8th April, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li l-programm tar-radju li jtella’ kull ġimgħa, Taħt il-Qoxra ppreżentat minn Rachelle Deguara, se jibda jsir b’forma u kontenut ġdid. Taħt il-Qoxra issa daħal fir-raba’ sena tiegħu. Iltqajna ma’ għexieren ta’ kittieba lokali, tkellimna dwar temi, oqsma, u ġeneri ta’ kitba varji, u ma ddejjaqniex nistaqsu mistoqsijiet li firxu mill-informattiv sal-iskomdu. Il-progammi kollha li għamilna sa issa jipprovdu minjiera ta’ informazzjoni utli għall-ħabbieba tal-kotba, l-istudenti, u anki l-akkademiċi, u jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mill-Ħadd 11 ta’ April il-programm se jieħu xejra oħra. Il-preżentatriċi, Rachelle Deguara, se tmexxi diskussjoni ma’ aktar minn mistieden wieħed, li mhux bilfors ikunu kittieba biss, b’format aktar miftuħ li jistrieħ fuq skambju ta’ ideat. Il-punt tat-tluq jibqa’ l-kotba, iżda l-konverżazzjoni se tinfirex għal oqsma oħra tal-ħajja relevanti. Ladarba l-letteratura u l-kotba jitkellmu dwar l-ħajja, il-kittieb – sija jekk rumanzier, poeta, kittieb tal-memoirs u l-bqija – għandu ħafna xi jgħid u jiddiskuti ma’ persuni b’xogħlijiet jew professjonijiet oħra fis-soċjetà. B’hekk qed nittamaw li b’dawn l-iskambji jinxteħet dawl ġdid fuq il-kotba Maltin, jiġi ġġenerat interess minn angoli differenti fil-letteratura Maltija, u naċċentwaw jew nixprunaw il-kontribut validu tal-kittieba Maltin fi mkejjen oħra tal-ħajja. Il-programmi l-ġodda se jibdew jixxandru diretti fuq il-Facebook tal-KNK nhar il-Ħadd fis-7.30pm bħala poddata u fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Għal dawk li jippreferu r-radju, fl-istess ħin u ġurnata l-programm ikun qed jixxandar fuq Radju Malta. U għal dawk li jkunu jridu jsegwu l-programm ħin ieħor, jistgħu jsibuh fuq is-serje jisimha ‘Taħt il-Qoxra’ fil-kont ta’ Soundcloud fejn isibu wkoll il-programmi kollha l-oħra tas-sensiela l-qadima. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More