Home / News / Illum il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur Back to News Illum il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur Inizjattivi • Other 23rd April, 2024 Fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur, u Jum il-Libreriji, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iweġġaħ lil dawk li bis-saħħa tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom nistgħu nibqgħu nsibu dawk il-kotba favoriti tagħna kull fejn infittxuhom. Mill-idea sal-ħolqien, id-disinn u l-istampar, kull ktieb jivvjaġġa minn fażi għal oħra sakemm jispiċċa f’idejn il-qarrej. Il-KNK kburi li huwa parti importanti minn dat-traġitt bl-għajnuna li joffri lill-imsieħba fl-industrija – imsieħba li ħaqqhom ir-rikonoxximent tagħna s-sena kollha. Il-proċess tal-ktieb mill-bidu sal-aħħar jinkludi bosta dimensjonijiet artistiċi, tekniċi u finanzjarji, u l-KNK dis-sena xtaq iwassal dan l-għarfien lill-pubbliku bis-saħħa ta’ filmat li joħodna tul dal-proċess. Għalhekk f’dan il-jum qed inniedu l-proġett ‘How a Book is Made’ bi sħab ma’ Lovin Malta. ‘How a Book is Made’ jinqasam fi tliet episodji li kull wieħed se jkun qed jiffoka fuq l-istadji differenti ta’ vjaġġ il-ktieb: il-kitba, id-disinn, l-illustrazzjoni, u l-istampar. Fl-episodju li jiftaħ dis-serje qasira u li qed jitnieda llum, Franco Portelli minn Gutenberg Press, Glen Calleja minn Kotba Calleja, u Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jitkellmu dwar il-produzzjoni tal-ktieb – kemm mil-lat industrijali u anki minn dak artiġjanali. Ara l-filmat hawnhekk, u ibqa’ segwina għaż-żewġ episodji li jmiss li se jixxandru kull ġimagħtejn. Peress li llum Malta tiċċelebra Jum il-Libreriji, il-KNK għamel donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, sabiex ikun żgurat li l-libreriji pubbliċi jkunu mgħammra bl-aħjar u l-aktar kotba riċenti. Dad-donazzjonijiet jgħinu wkoll lill-awturi u l-illustraturi, li bis-saħħa tal-Iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku jitħallsu kull darba li l-ktieb tagħhom jissellef minn dal-libreriji. Id-dijaspora Maltija tintlaħaq ukoll b’donazzjonijiet li l-KNK jagħmel barra minn Malta. Riċentament saret donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Ambaxxata Maltija f’Ateni, li kienet tikkonsisti f’kotba fittizji u mhux fittizji u kotba ta’ riċerka bil-Malti u bl-Ingliż. Dawn il-kotba se jintużaw minn dawk li jżuru l-Ambaxxata, fosthom uffiċjali, klijenti konsulari, turisti, u l-Maltin li jgħixu l-Greċja. Dak li beda llum jilħaq il-milja tiegħu aktar tard dis-sena waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru. Żommu kuntatt għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival fix-xhur li ġejjin, u intant… il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur, u Jum il-Libreriji t-tajjeb lil kulħadd! Aktar informazzjoni fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u s-sit Facebook tiegħu. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More