Home / News / Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019 back to news Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Inizjattivi • Other 22nd January, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus (FKK), li se jsir fis-27, 28 u 29 ta’ Marzu 2019. Il-Festival jibda fid-9am kuljum b’attività wara oħra sal-4pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet se jkomplu sa tard filgħaxija. L-għan ta’ dan il-Festival hu li jippromwovi l-letteratura filwaqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u d-distributuri tal-kotba biex jiltaqgħu, jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom ma’ udjenza matura bħall-istudenti universitarji. Il-Festival huwa mimli b’attivitajiet li jvarjaw minn workshops u films marbuta mal-letteratura, sa qari u intervisti ma’ awturi, pitturi, illustraturi, kif ukoll diskussjonijiet dwar il-lingwa, dawriet iggwidati mal-Bibljoteka tal-Università, mużika lokali u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra. Il-mistieden speċjali tal-Festival għal dis-sena huwa l-poeta, kritiku letterarju u traduttur Brittaniku Rod Mengham, li l-aħħar ktieb tiegħu Grimspound and Inhabiting Art jista’ jitqies kemm bħala meditazzjoni poetika dwar lok (Grimspound – sit ta’ Żmien il-Bronż li jinsab f’Dartmoor), kif ukoll bħala ġabra ta’ esejs dwar inħawi kulturali. Rod ikun magħna fuq il-Kampus tal-Università għal attivitajiet speċjali waqt kull jum tal-festival. L-Erbgħa, 27 ta’ Marzu, ikun parti minn seminar dwar it-traduzzjoni tal-poeżija, il-Ħamis 28 ta’ Marzu jiddiskuti l-ktieb tiegħu li semmejna hawn fuq ma’ grupp ta’ studenti li jmexxu klabb tal-kotba, u l-Ġimgħa 29 ta’ Marzu l-poeta Antoine Cassar jintervistah dwar il-kitbiet tiegħu. Il-Ġimgħa filgħaxija wkoll Rod se jkun il-mistieden speċjali waqt sessjoni oħra ta’ Palk Ħieles, organizzata minn Inizjamed. Il-Festival jagħlaq il-Ġimgħa filgħaxija b’gig mill-grupp mużikali Malti The Busker. Il-pubblikaturi u d-distributuri parteċipi huma BDL, EDE BOOKS, FARAXA BOOKS, HORIZONS, u MIRANDA. Dawn il-pubblikaturi u distributuri se jkunu qegħdin ibigħu l-kotba minn fuq l-istands tagħhom u se jorganizzaw xi tnedijiet ta’ kotba. L-attivitajiet pjanati se jsiru minn Prof. Dominic Fenech; Prof. Bernard Micallef u Dr. Olvin Vella, f’kollaborazzjoni mal-Librerija tal-Università; il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, irrappreżentat minn Prof. Albert Borg u Dr. George Farrugia; l-Għaqda tal-Malti – Università; id-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, irrappreżentat minn Prof. Clare E. Vassallo; l-Arkivji Notarili, irrappreżentati minn Chanelle Briffa; id-Dipartiment tas-Soċjoloġija u l-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien; u Inizjamed. Dawn ukoll fost parteċipanti oħra li jidhru fil-programm tal-attivitajiet meta joħroġ. Il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ huma: l-Erbgħa 27 u l-Ħamis 28 ta’ Marzu mid-9am sal-4pm, u l-Ġimgħa 29 ta’ Marzu mid-9am sa tard. Dħul b’xejn. Żuru l-paġna tal-Festival fuq Facebook biex taċċessaw il-programm sħiħ tal-attivitajiet, li se joħroġ daqt. Għal iktar tagħrif jew intervisti iktbu lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt jew lil Sephora Francalanza fuq ghaqdatalmalti@gmail.com. [add_posts category=campus-festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More