Home / News / Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf Back to News Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf Festivals • Other 10th July, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir jippreżenta wieħed mill-mistednin l-iktar magħrufa tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – l-awtur u poeta rebbieħ tal-Premju għal-Letteratura tal-Unjoni Ewropeja, Immanuel Mifsud, li se jkunu qed jaqra poeżiji minn tiegħu li għadhom ma ġewx ippubblikati nhar is-Sibt 15 Lulju, 15:30. Meqjus minn ħafna bħala figura ewlenija fir-rivoluzzjoni letterarja li tat xejra ġdida lill-letteratura Maltija kontemporanja, Mifsud beda jikteb ta’ sittax-il sena. Kiteb bosta poeżiji u scripts għal gruppi teatrali sperimentali u, eventwalment, kellu rwol attiv ħafna fix-xena lokali tat-teatru. Id-dramm Pupi, miktub u dirett minnu fl-1991, deher fl-aħbarijiet meta r-rendiment tiegħu matul protesta politika mill-Alternattiva Demokratika ġie mwaqqaf mill-pulizija. Fl-1996, Mifsud waqqaf Teatru Marta Kwitt, grupp ta’ riċerka fit-teatru. Il-grupp tella’ Ilma, li kellha l-premier tagħha fl-Edinburgh Fringe Festival f’Awissu 1999 u eventwalment ġiet imtella’ mill-ġdid mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Arti sabiex tniedi l-festi uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju f’Malta. Mifsud ippubblika għadd mhux ħażen ta’ kollezzjonijiet ta’ stejjer qosra, kotba ta’ poeżija u kotba għat-tfal. Qaleb għall-Malti u ppubblika tliet volumi ta’ ħrejjef minn pajjiżi Ewropej differenti. Fl-2002 il-ktieb tiegħu L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Tnax-il sena wara, fl-2014, għal darb’oħra rebaħ il-Premju Ktieb Nazzjonali, din id-darba għall-poeżija, bil-ġabra ta’ poeżiji Penelopi Tistenna. Mifsud kien l-ewwel kittieb Malti li rebaħ il-Premju għal-Letteratura tal-Unjoni Ewropeja bil-ktieb Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben), li ġie maqlub u ppubblikat bir-Rumen mill-pubblikaturi Polirom fl-2014 u ġie ppubblikat mill-ġdid bil-Maċedonjan mill-pubblikaturi Goten, kif ukoll bil-Franċiż minn Gallimard. Fl-2015 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb b’Jutta Heim – rumanz dwar persuna li tgħib f’Berlin fit-tmeninijiet, dwar l-imħabba idejali u r-riperkussjonijiet li jġarrab raġel qed jixjieħ, li għex u għadu jemmen li xi darba kien iħobb. Ir-rakkont jimxi ‘l quddiem u lura fil-ħin, fil-passi tal-ħsibijiet bla kwiet tal-protagonist. Għall-attività tal-15 ta’ Lulju, Mifsud se jkun qed jaqra poeżiji mhux ippubblikati f’ambjent informali li jagħti l-opportunità lil dawk li jżuru l-Festival li jiltaqgħu mal-poeta nnifsu. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More