Home / News / Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 back to news Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other • Pubblikazzjonijiet 4th February, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali tiegħu għall-2024. Ir-rapport huwa wieħed komprensiv li jimxi tul sena proattiva għall-KNK bl-implimentazzjoni ta’ żviluppi ewlenin li jsaħħu l-viżjoni fit-tul tal-entità, viżjoni ta’ industrija tal-kotba li hi b’saħħitha u sostenibbli. Fl-2024 il-KNK mexa sew fl-abbozzar tal-istrateġija li se tieħdu tul il-ħames snin li ġejjin, u dan għamlu f’ħidma mal-kumpanija rinomata ta’ konsulenza, il-KPMG. L-istrateġija hija turija tal-isforz tal-KNK sabiex dak kollu li jagħmel jirfdu bir-riċerka sabiex dak li jitwettaq jitwettaq b’mod olistiku. Is-sejħa għall-istrateġija kienet fetħet fl-2023, u fl-2024 sar il-biċċa l-kbira tax-xogħol f’ħin limitat, li kien jinkludi laqgħat interni u oħrajn mal-imsieħba fl-industrija tal-kotba, kollha mmexxija mill-KPMG. Il-laqgħat mal-imsieħba inkludew sondaġġ li minnu l-KNK kiseb bosta informazzjoni li se tgħinu jibni strateġija aħjar. Id-dokument li twieled minn dawn il-laqgħat – li jitnieda fix-xhur li ġejjin – offra veduta konċiża tal-industrija lokali tal-kotba u, fl-istess ħin, wera ’l fejn għandu jterraq il-KNK bil-gwida ta’ pilastri strateġiċi ewlenin. Minbarra ħidma simili li trawwem attitudni lejn il-ġejjieni, fl-2024 il-KNK kellu l-unur li jissieħeb fin-Netwerk Ewropew tat-Traduzzjoni Letterarja (ENLit) wara vot li ttieħed waqt laqgħa ġenerali fil-Frankfurt Book Fair. Is-sħubija f’dan-netwerk prestiġġjuż – li mxerkin fih hemm madwar 30 organizzazzjoni kulturali mill-Ewropa u mhux – se jgħin bil-wisq l-isforzi tal-KNK biex jesporta l-letteratura Maltija fi swieqi globali. Il-konnessjoni tal-KNK mas-swieqi internazzjonali ssaħħet bl-ewwel Katalgu ta’ Drittijiet ta’ Barra li qatt kellu l-pajjiż, maħluq mill-KNK u mqassam fil-London Book Fair u fieri oħrajn li żżur l-entità kull sena. Il-katalgu fih selezzjoni ewlenija ta’ xogħlijiet Maltin li ssibhom fil-ħwienet bħalissa, u l-kotba ntgħażlu mill-pubblikaturi nfushom. B’hekk, dal-katalgu qed iservi bħala bandiera letterarja Maltija xxejjer fil-fori internazzjonali. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – li jseħħ kull sena f’Novembru – ma naqasx milli jerġa’ jkun l-avveniment letterarju ewlieni fil-Gżejjer Maltin, li ġibed lejh talenti internazzjonali bħal Anthony Horowitz u Paul Lynch. Ma’ dawn inżidu l-parti l-kbira tal-pubbliku ġenerali bis-saħħa ta’ kampanja ta’ marketing diversifikata u programm ta’ attivitajiet mimli daqs bajda. Il-Festival huwa ingranaġġ ieħor fil-ħidma tal-KNK sabiex irawwem industrija letterarja li jkunu jafu biha barra minn Malta u li tkun ta’ kwalità, u allura fl-edizzjoni li għaddiet il-KNK tella’ bosta workshops u masterclasses li l-għan tagħhom kien li joffru ċ-ċans lill-industrija biex tipprofessjonalizza ruħha aktar. B’riħet ix-xogħol li sar u l-kuntatti li nħolqu fl-2024, il-KNK jinsab ippreparat biex fl-2025 jiffinalizza u jimplimenta l-iżviluppi li se jiggwidawh fis-snin li ġejjin. Ir-Rapport Annwali għall-2024 tista’ ssibu bil-Malti u bl-Ingliż minn hawnhekk. [fliph5 id=”dmhxw-ihua” width=”900px” height=”500px”] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi 17th December, 2024 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More
Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi 17th December, 2024 Read More