Home / News / Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo 2018 Back to News Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo 2018 Festivals • Inizjattivi • Other 12th November, 2018 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo ġiet iċċelebrata l-Ħamis li għadda, 9 ta’ Novembru f’Sala Vassalli, Dar il-Mediterran, bħala parti mill-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. L-avveniment ittella’ mill-Għaqda Poeti Maltin (GħPM) b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), u kien ippresedut minn Mark Camilleri, president eżekuttiv tal-KNK, u Miriam Ellul, Viċi-President tal-GħPM. Alfred De Gabriele, Aleksander Farrugia u Keith Azzopardi, parti mi-tim tal-Bord tal-Aġġudikazzjoni, kienu preżenti għaċ-ċerimonja. De Gabriele qara sommarju tar-rapport tal-aġġudikaturi lill-udjenza, li fih semma punti ewlenin relatati mal-kwalità, l-għadd u l-livell tax-xogħlijiet sottomessi kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Mark Camilleri indirizza l-fatt li l-KNK huwa kburi bis-sapport tiegħu għal dan l-avveniment, ladarba l-poeżija hi triq li kittieba u qarrejja jieħdu għax verament ikollhom passjoni lejn l-arti. Enfasizza li għalhekk hu importanti li avvenimenti bħal dawn jibqgħu jiġu inkuraġġiti. Camilleri semma wkoll avvenimenti oħra relatati ma’ ppremjar ta’ xogħlijiet letterarji, bħall-Premju Terramaxka (kotba għat-tfal), li dis-sena sar nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, li ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet tiegħu se ssir fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. Fl-aħħar tad-diskors tħabbru r-rebbieħa tal-edizzjoni tal-Konkors għall-2018. Hemm tliet premjijiet. Dis-sena l-ewwel premju ntrebaħ minn Nadia Mifsud bil-poeżija Qtar li nqrat minn Rita Saliba, imbagħad it-tieni premju mar għand Richard Gatt b’Ċaħda, u fl-aħħarnett it-tielet premju rebħitu Elizabeth Grech bil-poeżija Imħabbiet imbexxqa. Kenneth Scicluna rebaħ l-ewwel premju fil-kategorija tal-poeżiji bl-Ingliż bil-poeżija Blunt Measure. Il-poeti kienu mistiedna jiġbru l-premju u jaqraw il-poeżija tagħhom lill-pubbliku. Il-KNK u l-GħPM jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew l-avveniment u lill-poeti numerużi li ppreżentaw il-poeżiji għall-kompetizzjoni. Jixtiequ wkoll jirringrazzjaw lil membri tal-ġurija tal-Bord tal-Aġġudikazzjoni: Alfred De Gabriele, Aleksander Farrugia u Keith Azzopardi. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”7396″ img_size=”medium”][/vc_column][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”7397″ img_size=”medium”][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More