Home / News / Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo Back to News Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo Festivals • Other 16th November, 2017 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons Amante Buontempo ġiet iċċelebrata l-ġimgħa li għaddiet nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru f’Sala Sir Temi Zammit, MCC, bħala parti mill-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. L-avveniment ġie mtella’ mill-Għaqda Poeti Maltin b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u kien ippresedut minn Mark Camilleri, president eżekuttiv tal-NBC, u Jesmond Sharples, president tal-GħPM. Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Mark Camilleri indirizza l-fatt li l-poeżija ma tbigħx ħafna fis-suq internazzjonali tal-ktieb. Dan is-suq juri preferenza qawwija għar-rumanz. Il-poeżija hija xi ħaġa li l-kittieba u l-qarrejja jsegwu purament minħabba l-passjoni tagħhom għall-arti, u huwa għalhekk li huwa importanti li avvenimenti bħal dawn jiġu mħeġġa u promossi. Fl-aħħar tad-diskors tħabbru r-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni tal-Konkors. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”5374″ img_size=”large”][/vc_column][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”5373″ img_size=”large”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text] L-Għoti huwa magħmul minn tliet premjijiet, li din is-sena ntrebħu kollha mill-istess poeta, Nadia Mifsud, li s-sena li għaddiet rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bil-ġabra ta’ poeżiji Kantuniera ‘l Bogħod. L-ewwel premju ngħata għall-poeżija Szent Istvan Ter (Pjazza San Stiefnu). Il-beraħ f’għajnejk / kif xaqq rebaħ it-tieni premju waqt li t-tielet premju ngħata lil Virgola. Il-poeta kienet imbagħad mistiedna fuq il-palk biex tilqa’ l-premjijiet u biex taqra t-tliet poeżiji rebbieħa. Il-NBC u l-GħPM jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew l-avveniment u lill-poeti numerużi li ppreżentaw poeżiji għall-Kompetizzjoni. Jixtiequ ukoll jirringrazzjaw lil membri tal-ġurija tal-Bord tal-Aġġudikazzjoni: Profs. Claire Vassallo, Ġoelle u Alfred Massa. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More