Home / News / Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019 back to news Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019 Festivals • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 5th November, 2019 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-ftuħ uffiċjali llum fis-7:00 ta’ filgħaxija biċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Premju Terramaxka 2019, immexxija minn Daniel Chircop u Chrysander Agius. Iċ-ċerimonja saret fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, u kienet ippreseduta mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Camilleri saħaq fuq l-importanza li s-settur tal-kotba li jkompli jikber, grazzi wkoll għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb stinka biex jagħti spinta kummerċjali lill-industrija permezz tal-Festival, billi jżid iċ-ċifri tal-attendenza u jsaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali tiegħu bil-parteċipazzjoni ta’ awturi mistiedna. Camilleri għalaq billi rringrazzja lill-Ministeru tal-Edukazzjoni talli jagħraf l-irwol importanti tal-ktieb għall-iżvilupp kulturali tas-soċjetà, u ta’ industrija tal-kotba b’saħħitha li ssostnih. L-avveniment segwa b’qari minn Ira Losco mill-ktieb Jissokta l-Każ ta’ Saver u Ludmilla De Molizz, li s-sena li għaddiet rebaħ fil-kategorija ta’ kotba għat-tfal ta’ etajiet 8-12 tal-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa kienu mbagħad imħabbra fl-ordni tal-kategoriji skont l-etajiet, li jibdew minn 0-7, u jibqgħu sejrin sa 13-16, kemm b’xogħlijiet oriġinali kif ukoll tradotti. Wara ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo indirizza r-rilevanza partikolari tal-letteratura u l-istudji umanistiċi f’dinja primarjament okkupata bi żviluppi ekonomiċi u teknoloġiċi. Team jgħid li l-letteratura u l-qari jfakkruna f’dak li jagħmilna umani, u għalhekk f’pajjiż żgħir bħal Malta l-Istat għandu responsabbiltà miżjuda biex ikompli jinvesti fis-settur tal-kotba u l-kittieba tiegħu. Ir-rebbieħa huma elenkati hawn taħt: Kategorija: xogħlijiet oriġinali (0-7) Clare Azzopardi, Il-Ħanut tal-Ħelu Li Mar Dawra (Merlin Publishers, illustrat minn Matt Stroud) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (8-12) John A. Bonello, Irvin Vella: Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet oriġinali (13-16) Antoinette Borg, Amina (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet tradotti (0-7) Rachel Portelli, L-Annimali tas-Savana: Il Verità Kollha fuq l-Annimali, traduzzjoni tal-ktieb Les animaux de la savane ta’ éditions Auzou u illustrat minn Anne Passchier (Merlin Publishers) Kategorija: xogħlijiet tradotti (8-12) Dwayne Ellul, Missjoni: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu, tradott mill-ktieb Mission: Save the Planet ta’ Helena Harastová, Štěpánka Sekaninová u illustrat minn Jakub Cenkl (Merlin Publishers) Kategorija: premju għall-aħjar produzzjoni tal-kotba Rita Saliba u Moira Scicluna Zahra (illustratriċi), Lorella u l-Ġenju Li ma Kienx Jaf Jaqra (BDL Publishing) [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More