Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 15th June, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lil poeti stabbiliti u oħrajn ġodda biex jipparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef. Il-konkors kien tnieda l-ewwel darba s-sena l-oħra bil-għan li jissaħħaħ il-livell tal-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ġdid ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. Se jiġu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; il-poeżija rebbieħa hemm allokat għaliha s-somma ta’ € 1,000, u għaż-żewġ poeżiji ta’ warajha hemm allokat vawċer f’xiri ta’ kotba li jista’ jissarraf minn ħwienet tal-kotba lokali. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja apposta li tiġi ċċelebrata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 li se jsir bejn il-11 u l-15 ta’ Novembru, u li tkun parti mill-programm kulturali tiegħu. Kull parteċipant ma jistax jissottometti aktar minn poeżija waħda u oriġinali, u din ma tridx tkun ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Ix-xogħol irid ikun bil-Malti u ma jaqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors, li jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-applikazzjoni mimlija b’mod sħiħ trid tinbagħat bil-posta flimkien ma’ erba’ kopji tal-poeżija sottomessa, li trid tkun iffirmata bi psewdonimu. L-applikazzjoni u l-poeżija jridu jintbagħtu bil-posta fuq dan l-indirizz: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Ċentrali Pubblika, Triq Prof. Joseph J. Mangion, il-Furjana, FRN1800 sa mhux aktar tard mit-Tnejn 24 t’Awwissu 2020 f’nofsinhar. Biex nevitaw intoppi li jistgħu jinqalgħu minħabba s-sitwazzjoni tal-imxija COVID-19, qed nitolbukom ukoll tibagħtu kopja waħda ffirmata u skennjata b’imejl. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-Konkors u biex tissottometti xogħlok ibgħat lil Andrew Ricca fuq andrew.ricca@ktieb.org.mt SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More