Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2022 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2022 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 13th June, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden għal darb’oħra lil poeti stabbiliti u oħrajn ġodda biex jipparteċipaw fir-raba’ edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef. Il-konkors kien tnieda l-ewwel darba fl-2019 bil-għan li jissaħħaħ il-livell tal-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ġdid ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. Ikunu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; l-awturi tal-poeżija rebbieħa jirċievu premju ta’ €1,000, u l-awturi taż-żewġ poeżiji ta’ warajha jirċievu premju ta’ €200 u €100 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja apposta li tiġi ċċelebrata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 li dis-sena se jsir bejn it-23 u s-27 ta’ Novembru fiċ-Ċentru Malti għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Ladarba dan huwa konkors ta’ poeżija waħda, kull parteċipant irid jissottometti poeżija oriġinali waħda biss, u din ma tridx tkun ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Ix-xogħol irid ikun bil-Malti u ma jaqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors li jinsabu ppubblikati fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-applikazzjoni mimlija b’mod sħiħ għandha tinbagħat bil-posta flimkien ma’ erba’ kopji tal-poeżija sottomessa, li trid tkun iffirmata biss bi psewdonimu. L-applikazzjoni u l-kopji tal-poeżija jridu jintbagħtu bil-posta f’dan l-indirizz: Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2022, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke PBK 1776 sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 19 t’Awwissu 2022 f’nofsinhar. L-applikanti għandhom jibagħtu wkoll kopja ffirmata u skennjata tal-applikazzjoni b’imejl fuq michael.mercieca@gov.mt. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More