Home / News / Jissejjaħ il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba – messaġġ mill-Kap Eżekuttiv Back to News Jissejjaħ il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba – messaġġ mill-Kap Eżekuttiv Inizjattivi • Other 30th April, 2021 Għeżież kittieba, Huwa obbligu legali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) li kull sena jikkonsulta mal-kittieba u l-pubblikaturi fuq il-politika tiegħu. Fl-2019 il-laqgħa konsultattiva mal-kittieba ħadet x-xejra ta’ Kungress Nazzjonali tal-Kittieba li fih ġiet approvata l-politika legali tal-Kunsill. Żewġ abbozzi legali ġew sottomessi lill-Gvern bħala riżultat: ir-riforma fuq id-drittijiet tal-awtur sabiex tiġi trasposta d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali, u n-notifika legali dwar l-awtonomija tal-KNK. F’dil-liġi pproponejna li l-Kungress jiġi rikonoxxut legalment. Il-laqgħa mal-pubblikaturi saret diġà, u waqt din il-laqgħa ġie deċiż li la bqajna mingħajr aċċess għal Sala Repubblika f’Dar il-Mediterran għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, dan ikollu jiċċaqlaq għal imkien differenti barra mill-Belt. Il-preparamenti eżekuttivi għal din iċ-ċaqliqa bdew diġà. Din id-deċiżjoni qed tittieħed b’sogħba u b’dispjaċir, iżda m’għandna l-ebda għażla oħra sabiex nibqgħu nassiguraw li jkollna numri rekord ta’ attendenza kull sena, bħalma kellna fl-2019. Sfortunatament, din hi waħda minn sensiela ta’ deċiżjonijiet ħżiena tal-Gvern li saru mill-2019. Din is-sitwazzjoni qed tiġi ikkontestata legalment f’diversi qrati u istituzzjonijiet. Huwa ċar minn diċ-ċaqliqa li se jkollha ssir bil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li l-Gvern mhuwiex jieħu deċiżjonijiet li neċessarjament huma ta’ ġid għall-industrija tal-ktieb. B’hekk, sabiex jiġi assigurat li l-Gvern ikollu entità awtonoma li taħdem b’mod sigur u trasparenti għall-iżvilupp ekonomiku tal-industrija tal-ktieb waqt li tiddefendi l-interessi tal-imsieħba tagħha, nemmen li r-rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandhom jintgħażlu mill-imsieħba tal-industrija stess. Din xi ħaġa li diġà ddikjarajt pubblikament. L-aħjar mod sabiex il-KNK iżomm l-awtonomija tiegħu huwa billi jikkonverti l-proċess tal-għażla tiegħu bi proċess demokratiku. B’hekk, bħala Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, qed insejjaħ il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba fit-29 ta’ Mejju sabiex nipproponi dan il-proċess b’mod formali lill-kittieba. Hawnhekk tista’ tara x’qed ikun propost bħala regoli għall-elezzjoni. Il-Kungress se jkun organizzat online sabiex nassiguraw is-sigurtà u l-attendenza ta’ kulħadd anke tal-kittieba li jgħixu barra minn Malta. Tirċievu stedina fil-jiem li ġejjin. Grazzi ħafna u tislijiet, Mark Camilleri – Kap Eżekuttiv Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More