Home / News / Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 back to news Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 13th November, 2020 Ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 tħabbru llejla, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, waqt ċerimonja ppreżentata minn Coryse Borg bħala parti mill-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali. Minn 47 sottomissjoni li ddaħħlu għall-konkors ta’ dis-sena, il-poeżija rebbieħa hija ‘Dokumentazzjoni tal-Minuti Mnikkra Fik’ ta’ Klara Vassallo, li ngħatat ukoll €1,000. Il-ġurija għal dit-tieni edizzjoni tal-Konkors kienu Dr Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud u John Aquilina. Għalhekk Klara Vassallo hija t-tieni u l-iżgħar rebbieħa sa issa tal-Konkors mindu beda. Il-Konkors iġib l-isem ta’ Doreen Micallef, l-awtriċi ta’ ġabra ta’ poeżiji konfessjonali b’tixniq spiritwali u romantiku, li kienet attiva sa minn żmien il-Moviment Qawmien Letterarju. Nadia Mifsud kellha xi tgħid hekk dwar dil-poeżija “forma li tmur ‘il hinn minn dak li wieħed jistenna, kitba moderna, ritmu tajjeb ħafna – taħlita ta’ versi twal u versi iqsar li hija effettiva…u xbihat interessanti ħafna”. Dis-sena t-tieni Premju mar għand Louis Briffa bil-poeżija ‘Tgħix Irridek’, u t-tielet Premju ħadu Jesmond Sharples għal ‘F’Posti’. Fil-kummenti tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, feraħ lirt-rebbieħa u faħħar lil kull min ħa sehem tal-kuraġġ biex jissottometti xogħlu. Żied jgħid li l-Konkors issemma għal Doreen Micallef għax minkejja li kienet pijuniera femminili tal-Poeżija Maltija qatt ma rċeviet l-apprezzament li kien jistħoqqilha. Allura Doreen Micallef għandha taspira poeti ġodda u stabbiliti biex ikomplu jilħqu qċaċet ġodda fil-kitba poetika. Il-konkors huwa miftuħ għal poeti ta’ kull età u jippremja poeżiji oriġinali ta’ mhux aktar minn 36 vers li qatt ma ġew ippubblikati qabel – l-evalwazzjoni tal-poeżiji ssir b’mod anonimu. Is-sejħa dis-sena fetħet f’Ġunju. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lil dawk kollha li ssottomettew xogħolhom għall-Konkors u lill-ġurija. L-edizzjoni li jmiss tiftaħ f’Ġunju tal-2021. Żur hawnhekk biex tara r-riżultati kollha. L-Ewwel Premju dokumentazzjoni tal-minuti mnikkra fik ta’ Klara Vassallo 12.00am tektik. nifsijiet skaduti. 12.14am is-sekondi għajjiena. għajjejthom. ġieli jaqbżu tnejn. 12.28am forsi niddendel miegħek. jew fik. 12.32am immiss il-feriti li ħallejtli int. nadurahom. għax baqgħu fija iżjed milli bqajt int. 12.45am forsi issa ninħabbu mas-skiet. skiet iswed. mal-kliem li għeb. kollox jgħib. kollox. 01.02am qisu tiegħek dad-dell. ifakkarni fik. ikkalibrat. inkubat. ikkundanat. 01.03am bija. vizzju ikrah, int. hekk kont. hekk int. hekk tibqa’. 01.11am nibla’ l-pirmli t’ismek. zolpidem. nifga’. jeħlu hemm. il-bżieq opak-virulenti u misbul jiżżerżaq ma’ geddumi. l-istess bħal meta mort fejn ħadtni u biestni u togħmtok ħaj f’ħalqi. 01.39am ad infinitum. 02.00am inwerżaq fl-imħadda. jew mingħajrha. jew taħtha. jew mgħallqa fiha. 02.01am inżaqżaq. meta naqbad l-imqass u naqta’ l-karti fi qlub żgħar – niżvinahom. 02.14am jien nafek. nafni. nafni jien. taf int? li nixtieq inbuslek kitfejk. ġwenħajk li qatt ma tfasslu. 02.30am leħnek idur fl-aħħar żbalji tiegħi. fl-intriċċi tagħna, jew dawk li ħloqtilna. 02.31am se tispiċċa fix-xejn. dalwaqt. nispiċċa. nispiċċaw – mgħammda mid-dwejjaq. 02.35am mingħalija li kien hawn is-skiet sakemm kien hawn is-skiet. it-twerżiqa tiegħek staġnata fil-ħajt. 02.39am idejk ġabu s-skiet. u d-dlam jgħajjat miegħu. kollox tiegħek kien. sakemm ma kienx. 02.45am se tispiċċa. int biss. tgħum f’ilma ebbanu w tempestuż. hawn ġismi. hawn jien; 02.47am biex żżarmah-tadurah-tinkaxxah fi kliemek. kliemek sabiħ. nixorb u nisker bih. 02.50am ħallih sagħtejn oħra hawn kliemek, biex inżarmah-nadurah-ninkaxxah. fija. fik. fina. 02.53am xejn ma naf minnek. tiġi u titlaq. qisu qatt ma konna. nibla’ l-pinnoli t’is mek. rozerem. 02.55am insoffok, kieku nista’. bħal m’ommok tgħid li kont tagħmel. 02.56am erba’ minuti oħra fadallek sa ma titmermer f’ittri. tiġrix iżjed. m’hemmx għalfejn tgħodd iżjed. 02.57am disgħa sebgħa ħamsa tlieta wieħed. 02.58am għoddni. imma jien qatt mhu se nkun biżżejjed numri. 02.59am 10mg. dejjem. zolpidem/rozerem. rajthom? jirrimaw il-pirmli t’ismek. poeżija li traqqadni, ismek. għanja li ġġennini, ismek. xi darba kien. tiegħi. tiegħek. tagħna. ismek. 03.00am jiġi jżurni l-ġenn. ta’ meta nkun ġo fik. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More