Home / News / Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 back to news Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 Festivals • Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 20th October, 2023 Ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef tħabbru llejla waqt ċerimonja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, ippreżentata minn Jasmine Bajada. Dis-sena kien hemm aktar minn 60 poeżija sottomessa, u dan ifisser li l-konkors jibqa’ punt ta’ referenza importanti għal spettru wiesa’ ta’ poeti Maltin. Il-poeżija ‘ix-xnigħat ta’ xmux u dwalijiet għammiexa’ ta’ Leanne Ellul ingħatat l-ewwel post u premju ta’ €1,000 mill-grupp ta’ ġurija li kien magħmul minn Irene Mangion, Justine Somerville u Caldon Mercieca. Ellul tikteb kemm proża u kemm poeżija, u kitbet ukoll għat-teatru u t-televixin. Rebħet l-ewwel post fil-konkors nazzjonali tat-teatru, il-Premju Francis Ebejer, u d-dramm tagħha Ma Rridx Immur ittellgħet it-Teatru Manoel, li huwa t-Teatru Nazzjonali ta’ Malta. Kompliet biex rebħet il-Konkors ta’ Letteratura – Kitba għaż-Żgħażagħ fl-2014 bil-manuskritt Gramma. Fl-2015 Ellul tniżżlet fil-lista tal-Commonwealth Young Achievers Book, u fl-2016 rebħet il-Premju għall=Aħjar Awtur Emerġenti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla kien l-ewwel ktieb tagħha tal-poeżiji. L-aġġudikanti tal-konkors iddeskrivew il-poeżija bħala waħda friska bħala forma, li tagħraf issib is-sabiħ fit-tkissir u l-qerda, u li għandha struttura li tevoka s-sens oppost, dak ta’ frammentazzjoni u nuqqas ta’ armonija. Din l-istruttura taqbel perfettament mal-vena fatalistika u ċinika tax-xogħol. Il-poeżija ‘Penthos’ ta’ Claudia Gauci ħadet it-tieni post, u ‘RSVP’ ta’ Glen Calleja t-tielet. Iż-żewġ poeżiji għandhom tema simili – it-temma ta’ relazzjoni ta’ mħabba – bil-mod tagħhom. Huma u jikkummentaw fuq ‘Penthos’, l-aġġudikanti faħħru l-użu tal-metafora skont l-istaġuni sabiex iwasslu s-sens ta’ tmermir gradwali ta’ relazzjoni, u ‘RSVP’ ġiet deskritta bħala poeżija konċiża u diretta dwar is-sens ta’ futilità f’relazzjoni li spiċċat fix-xejn. Waqt id-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), Mark Camilleri, esprima ottimiżmu dwar in-numru sabiħ ta’ sottomissjonijiet. Irrimarka li l-konkors kien kompetittiv sewwa, bl-ewwel 12-il poeżija kollha jġibu marki għoljin. Camilleri fakkar fl-edizzjoni tas-sajf tal-Modern Poetry in Translation tal-2023, li kienet iddedikata lill-poeżija Maltija, u saħaq li flimkien mal-parteċipazzjoni b’saħħitha fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef, dawn jagħtu ħjiel lejn “qawmien mill-ġdid” tal-poeżija bil-Malti. Il-Konkors isir kull sena u jkun miftuħ għal kulħadd. Il-poeżija sottomessa trid tkun bil-Malti, oriġinali, u sa massimu ta’ 36 vers. Ix-xogħol ikun sottomess bi psewdonimu, u jkun aġġudikat anonimament. Il-KNK jirringrazzja lil dawk kollha li tefgħu xogħolhom u lill-membri tal-ġurija. L-edizzjoni li jmiss tiftaħ f’Ġunju tal-2024. Waqt iċ-ċerimonja tal-lejla, il-poeti nominati ġew mistiedna jaqraw ix-xogħol tagħhom. Magħhom ngħaqdet ukoll Therese Pace, ir-rebbieħa tal-konkors tas-sena l-oħra bil-poeżija ‘Fuq l-Aġenda tal-Għajn ta’ Doreen’. Ir-riżultati kollha tista’ tarahom hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More