Home / News / John Boyne huwa l-mistieden internazzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 back to news John Boyne huwa l-mistieden internazzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Festivals • Other 13th September, 2022 John Boyne, l-awtur tal-bestseller The Boy in the Striped Pyjamas (David Fickling Books), se jkun il-mistieden internazzjonali ewlieni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022. Il-preżenza ta’ Boyne fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena se tkun parti minn tour internazzjonali tal-awtur għall-pubblikazzjoni tal-aħħar rumanz tiegħu All the Broken Places (Doubleday). Ir-rumanz se jkun fil-ħwienet tal-kotba fir-Renju Unit fil-15 ta’ Settembru 2022, u aktar tard fil-bqija tad-dinja. Ir-rumanz ġie milqugħ tajjeb mill-kritiċi u jkompli fejn ħalla r-rumanz klassiku għaż-żgħażagħ The Boy in the Striped Pyjamas, bi trattament tat-temi tas-sens ta’ ħtija, il-kompliċità u n-niket. Skont Kirkus Reviews jipproduċi “studju kumpless u profond tal-karattru li jevita tweġibiet faċli”. Boyne huwa l-awtur ta’ diversi rumanzi, kiteb 13-il rumanz għall-adulti, sitta għall-qarrejja żgħażagħ u ġabra ta’ stejjer qosra. The Boy in the Striped Pyjamas, li ħareġ fl-2006, ġie adattat għaċ-ċinema, it-teatru, il-ballet u l-opera, u biegħ aktar minn 11-il miljun kopja madwar id-dinja, tant li hu meqjus bħala l-aktar rumanz li qatt inbiegħ minn rumanzier Irlandiż. Rumanzi oħra tiegħu li jitqiesu bħala bestsellers huma The Heart’s Invisible Furies (Doubleday) u A Ladder to the Sky (Doubleday). Boyne rebaħ tliet premji letterarji Irlandiżi, flimkien ma’ diversi premji letterarji internazzjonali oħra, fosthom il-premju Qué Leer li jingħata għar-rumanz tas-sena fi Spanja u l-Premju għall-Paċi Gustav Heinemann fil-Ġermanja. Ir-rumanzi tiegħu ġew ippubblikati f’aktar minn 50 lingwa. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=yxPpQPJmhdg[/embedyt] Minn din is-sena, il-programm taż-żjarat tal-iskejjel huwa f’kollaborazzjoni ma’ Żigużajg, u waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Boyne se jkun qed jiltaqa’ mal-qarrejja żgħar tiegħu waqt l-ispettaklu mtella’ nhar il-Ġimgħa bl-Ingliż minn l-istess kollaboraturi. Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Novembru, filgħaxija, Boyne se jiġi intervistat fuq ħajtu u xogħlu mill-lettriċi u kittieba Leanne Ellul. Fost il-ħafna xogħlijiet tagħha kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti, Ellul hija l-awtriċi ta’ Gramma (Merlin Publishers, 2015), rebbieħ tal-Premju Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, u Bjuda (2022). Wara l-intervista, Boyne se jkun qed jiffirma personalment kotba minn tiegħu lill-udjenza. Il-programm sħiħ tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jittella’ bejn it-23 u s-27 ta’ Novembru se jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Għall-aħħar aġġornamenti segwi ktieb.org.mt u l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More