Home / News / Kampus Kotba 2022: Joħroġ il-programm tal-attivitajiet back to news Kampus Kotba 2022: Joħroġ il-programm tal-attivitajiet Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 28th February, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar il-programm kulturali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 23 u l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. Il-programm għal dan it-tieni l-akbar festival tal-kotba f’Malta ġeneralment ikun ikkurat għall-istudenti li jattendu xi istituzzjoni edukattiva terzjarja f’Malta, madanakollu l-għadd ta’ attivitajiet organizzati huma ta’ interess għall-pubbliku ġenerali wkoll. Fost l-oħrajn wieħed jinnota diskussjonijet tematiċi, sessjonijiet varji ta’ klabb tal-kotba, intervisti ma’ kittieba u riċerkaturi lokali u internazzjonali, diskussjonijiet dwar il-letteratura, il-filosofija, u l-pubblikazzjoni, tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba u apprezzamenti ta’ figuri ċentrali Maltin. Ċelebrazzjoni ta’ rebbieħa tal-EUPL: Malta u l-Irlanda Il-kittieba Irlandiża Jan Carson hija l-mistiedna internazzjonali tal-Festival. Carson kienet rebħet il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura fl-2019 bil-ktieb The Fire Starters (Doubleday), u hija l-awtriċi ta’ għadd ta’ kotba oħra li rebħu premji letterarji importanti. Carson se tkun qed titkellem dwar il-karriera letterarja tagħha mal-kittieba Maltija Leanne Ellul l-Erbgħa fis-2pm. Aktar qabel se tkun qed tipparteċipa fi klabb tal-kotba li fih l-istudenti mid-Dipartiment tal-Ingliż se jkollhom iċ-ċans jiltaqgħu magħha u jiddiskutu l-ktieb The Last Resort (Doubleday). Is-sessjoni se titmexxxa minn Prof. James Corby. Il-Ħamis f’12pm Carson tingħaqad mar-rebbieħa minn Malta tal-EUPL – Lara Calleja – li magħha se titkellem dwar il-Premju u l-opportunitajiet li dan tahom. Iżda mhux biss – il-pubbliku għandu ċ-ċans jinkwadra x-xogħlijiet taż-żewġ kittieba flimkien waqt did-diskussjoni mmoderata minn Robert Pisani. Is-sessjoni hi ta’ interess ukoll għal min irid ikun jaf aktar dwar il-Premju u x’hemm lilhinn bil-parteċipazzjoni ta’ Joseph Lia, Kap tal-Uffiċċju Ewropa Kreattiva f’Malta, li se jitkellem dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-letteratura Maltija fl-UE. Il-parteċipazzjoni ta’ Jan Carson fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus qed issir b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Uffiċċju Ewropa Kreattiva f’Malta. Min-naħa tagħha Lara Calleja se tipparteċipa f’sessjoni oħra ta’ klabb tal-kotba, u did-darba l-istudenti mid-Dipartiment tal-Malti se jiltaqgħu u jiddiskutu magħha l-ktieb Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers) bil-moderazzjoni ta’ Justine Sommerville. Il-ktieb rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 fil-kategorija tan-novelli. Il-Festival huwa l-lok fejn l-istudenti jinteraġixxu bejniethom, mal-akkademiċi, u mal-pubbliku waqt attivitajiet relatati mal-kotba u l-pubblikazzjoni. Fost l-oħrajn il-programm fih diskussjonijiet ta’ kotba mill-għaqdiet studenteski HoASA u Studenti Graffitti. Il-programm jinkludi wkoll preżentazzjonijiet ta’ kotba ġodda mingħand Klabb Kotba Maltin, Horizons u Kite Group. Diskussjonijiet: Peter Serracino Inglott, l-Intelliġenza Artifiċjali, u l-esej Il-Festival se jiftaħ b’apprezzament lejn Peter Serracino Inglott 10 snin minn mewtu, u li fih se jiġi diskuss il-kontribut intellettwali u kulturali tiegħu minn Ranier Fsadni, Prof. Kenneth Wain u Dr Jean-Paul De Lucca b’moderazzjoni ta’ Francois Zammit. Il-kelliema se jħarsu lejn dil-figura prominenti fil-kuntest lokali filosofiku, estetiku, politiku, edukattiv u reliġjuż. Il-Ħamis se jiltaqgħu persuni mill-qasam tal-pubblikazzjoni sabiex jitkellmu dwar suġġett relattivament ġdid fil-qasam: l-Intelliġenza Artifiċjali u kif din tista’ tgħin fl-iżivilupp ta’ għodod lingwistiċi għal Ilsien żgħir bħalma hu l-Malti. Claudia Borg, li tispeċjalizza fil-lingwistika komputattiva u r-riżorsi lingwistiċi tal-Malti, se tmexxi skambju mal-pubblikatur Chris Gruppetta, it-traduttriċi Donatienne Spiteri, u l-qarrejja tal-provi Elizabeth Cortis. Fil-Festival se jiġi diskuss ukoll il-ġeneru tal-esej b’mod ġenerali, biex imbagħad jitqiegħed fil-kuntest lokali. L-istudenta tad-dottorat Jessica Micallef se tistieden lil Immanuel Mifsud mid-Dipartiment tal-Malti u lil Mario Aquilina mid-Dipartiment tal-Ingliż, editur ta’ The Essay at the Limits: Poetics, Politics and Form (Bloomsbury) u tal-ktieb li daqt ikun ippubblikat Edinburgh Companion to the Essay (2022), biex jevalwaw il-kontribut tal-intellettwali pubbliku f’Malta bil-kitba ta’ dal-ġeneru li għad fadallu fejn jiżviluppa lokalment. Finalment, il-Festival jagħlaq il-Ġimgħa bil-Palk Ħieles organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Inizjamed, bil-mistiedna speċjali tkun Lara Calleja. Il-kunċett tal-Palk joffri pjattaforma lil kull min irid sabiex jiġi u jesebixxi t-talenti tiegħu – minn qari ta’ xogħol fittizju sa arti performattiva. Il-programm qed jittella’ bil-parteċipazzjoni tal-għaqdiet studenteski Għaqda tal-Malti – Università, DESA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż), HoASA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Istorja tal-Arti u l-Belle Arti), SPS (is-Soċjetà Studenteska tal-Filosofija), u Studenti Graffitti, u ta’ dawn id-dipartimenti universitarji: id-Dipartiment tal-Filosofija, id-Dipartiment tal-Malti, id-Dipartiment tal-Ingliż, id-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Istudji fl-Interpretar, u d-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali. Niżżel il-programm minn hawn. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More