Home / News / Kampus Kotba: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2022 – jitħabbru d-dati u l-mistieden speċjali back to news Kampus Kotba: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2022 – jitħabbru d-dati u l-mistieden speċjali Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 15th February, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar ir-ritorn tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus b’mod fiżiku għal darb’oħra fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta, bejn l-Erbgħa 23 u l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2022. Il-Festival qed ikun organizzat b’kollaborazzjoni ma’ pubblikaturi lokali, dipartimenti tal-Università u għaqdiet studenteski, u jinkludi tlitt ijiem ta’ avvenimenti relatati mal-kotba fosthom preżentazzjonijiet, diskussjonijiet tematiċi, u intervisti ma’ kittieba u riċerkaturi lokali u internazzjonali. Il-programm tal-attitivitajiet jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Il-kittieba Irlandiża Jan Carson, rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura, hija l-mistiedna internazzjonali għal din l-edizzjoni tal-Festival. Carson hija kittieba u faċilitatur tal-arti komunitarja bbażata f’Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq. Hija l-awtriċi tar-rumanz Malcolm Orange Disappears, il-ġabra ta’ novelli Children’s Children (Liberties Press), iż-żewġ ġabriet ta’ mikrostejjer Postcard Stories 1 and 2 (Emma Press), u ġabra oħra ta’ novelli, The Last Resort (Doubleday). Ir-rumanz tagħha The Fire Starters (Doubleday) rebaħ il-Premju tal-UE għal-Letteratura fl-2019 f’isem l-Irlanda, il-Premju Kitschies għall-Finzjoni Spekulattiva tal-2020, u kien anki finalist għad-Dalkey Book Prize 2020. Jan rebħet il-kompetizzjoni għan-novelli Harper’s Bazaar fl-2016, u kienet finalista għall-BBC National Story Prize (2020), ix-Sean O’Faolain Short Story Prize (2016), u l-An Post Irish Short Story of the Year Award (2021). L-aħħar rumanz tagħha, The Raptures, kien ippubblikat minn Doubleday kmieni dis-sena. Il-parteċipazzjoni ta’ Jan Carson fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus hija ko-sponsorizzata minn Creative Europe Desk Malta. Waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2022 Jan Carson se tingħaqad mar-rebbieħa lokali tal-Premju tal-UE għal-Letteratura 2021 f’isem Malta Lara Calleja. Calleja hija l-awtriċi tal-ġabra ta’ novelli Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020) u Lucy Min? (Merlin Publishers, 2016), u fl-2020 rebħet il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. L-ewwel dramm tagħha, ‘Taralalla’, jesplora l-kumplessità tal-fenomeni tal-kostruzzjoni u l-immgrazzjoni u ntwera fi Spazju Kreattiv fl-2021. Dik is-sena wkoll Calleja rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għan-novelli bil-ktieb Kissirtu Kullimkien. Se jipparteċipaw tnax-il esebitur, bejn pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba, u entitajiet, f’din l-edizzjoni – Horizons, Merlin Publishers, Klabb Kotba Maltin/Midsea Books, Mallia & D’Amato Booksellers, Faraxa Publishing, Kite Group, Marvellous Malta, L-Għaqda tal-Malti – Università, Malta Libraries, Malta University Press, Inizjamed u Creative Europe Desk Malta – li se jippreżentaw numru ta’ kotba u se jipprovdu lill-istudenti u l-pubbliku ġenerali skontijiet fuq kotba għall-okkażjoni tal-Festival. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa kommess li, bħala spazju li jimmira li jippromwovi l-iskambju tal-ideat bejn l-istudenti, l-akkademiċi, u l-kittieba u l-pubblikaturi, ikun l-imkien fejn dipartimenti u għaqdiet studenteski universitarji jipparteċipaw. Dis-sena se jipparteċipaw bl-attivitajiet tagħhomid-DESA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż), il-HoASA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Istorja tal-Arti u l-Belle Arti), SPS (is-Soċjetà Studenteska tal-Filosofija), u Studenti Graffitti. Imbagħad hemm kollaborazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Filosofija, id-Dipartiment tal-Malti, id-Dipartiment tal-Ingliż, id-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Istudji fl-Interpretar, id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali, u l-Creative Europe Desk Malta. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil dawn l-entitajiet tal-kollaborazzjoni tagħhom, kif ukoll lill-Università ta’ Malta għas-sapport tagħha fil-promozzjoni u l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment. Il-programm tal-attivitajiet ikun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Għal aktar informazzjoni żur ktieb.org.mt jew il-paġna tal-Facebook tal-KNK. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More