Home / News / Kampus Kotba: It-tmien edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus tibda għada Back to News Kampus Kotba: It-tmien edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus tibda għada Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 21st March, 2022 Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus jibda għada filgħodu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. L-istudenti u l-pubbliku ġenerali qed jistenniehom programm ta’ tlitt ijiem ippakkjat b’attivitajiet letterarji bejn l-Erbgħa 23 u l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu. Il-Festival organizzat b’ħidma ma’ pubblikaturi lokali, Dipartimenti Universitarji u għaqdiet studenteski, u jinkludi preżentazzjonijiet ta’ kotba, żjajjar il-librerija, diskussjonijiet tematiċi u intervisti bil-parteċipazzjoni ta’ kittieba u riċerkaturi lokali u internazzjonali. Kampus Kotba se jixħet dawl fuq żewġ rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura (EUPL) b’numru ta’ avvenimenti b’Lara Calleja u l-mistiedna internazzjonali tal-Festival Jan Carson. L-awtriċi Irlandiża hija rebbieħa ta’ premji letterarji ewlenin, fosthom bil-ktieb The Fire Starters (Doubleday) u l-aktar xogħol riċenti tagħha The Raptures (Doubleday). Se tkun qed titkellem dwar ix-xogħlijiet letterarji tagħha ma’ Leanne Ellul l-Erbgħa fis-2pm, u aktar kmieni se tipparteċipa fi klabb tal-kotba ma’ studenti mid-Dipartiment tal-Ingliż u mmexxi minn Prof. James Corby li fih se tiddiskuti l-ġabra ta’ novelli The Last Resort (Doubleday). Il-Ħamis f’12pm Carson tingħaqad mal-kittieba u rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura Lara Calleja, fejn se jaqsmu ħsibijiethom dwar l-opportunitajiet li ġew wara r-rebħ tal-Premju kif ukoll jitkellmu dwar il-kotba tagħhom f’diskussjoni mmoderata minn Robert Pisani. Dis-sessjoni se tkun ta’ interess ukoll għal dawk li jridu jsiru jafu aktar dwar l-EUPL grazzi għall-intervent ta’ Joseph Lia, Kap tal-Uffiċċju Ewropa Kreattiva f’Malta. Il-parteċipazzjoni ta’ Carson fil-Festival qed issir b’ħidma bejn il-KNK u l-Uffiċċju Ewropa Kreattiva f’Malta. Lara Calleja se tiddiskuti l-ktieb tagħha Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers) fi klabb tal-kotba ma’ studenti mid-Dipartiment tal-Malti u mmoderat minn Justine Sommerville. Kampus Kotba jasal fi tmiemu l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu bil-Palk Ħieles organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Inizjamed u bil-parteċipazzjoni ta’ Lara Calleja. Il-Palk joffri spazju għal min irid jiġi u jesebixxi l-arti tiegħu bil-kelma. Dis-sena l-Festival qed jilqa’ għażla akbar ta’ kotba mnejn tagħmel ix-xirja tiegħek, hekk kif se jospita l-akbar numru ta’ pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba li qatt kellu. Wieħed jista’ jsib rumanzi, novelli, poeżiji, letteratura mhux fittizja, drama, xogħol tradott u letteratura għaż-żgħażagħ, kif ukoll kotba ta’ riċerka u Melitensia ppubblikati lokalment u internazzjonalment. Grazzi għall-fatt li Kampus Kotba se jkollu wħud mill-aħjar pubblikaturi Maltin, indubjament huwa okkażjoni għall-istudenti u l-pubbliku sabiex jaraw x’inhu jiġi ppubblikat u fl-istess ħin jidħlu għal xi attività. L-esebituri huma Faraxa Publishing, Horizons, Kite Group, Merlin Publishers, Klabb Kotba Maltin/Midsea Books, Marvellous Malta, Malta University Press, Mallia & D’Amato Booksellers, Inizjamed, Għaqda tal-Malti – Università, Malta Libraries, u Creative Europe Desk Malta. Il-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2022 qed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università, DESA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż), HoASA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Istorja tal-Arti u l-Belli Art), SPS (is-Soċjetà Filosofika tal-Istudenti), Studenti Graffitti, id-Dipartiment tal-Malti, id-Dipartiment tal-Ingliż, id-Dipartiment tal-Filosofija, id-Dipartiment tat-Traduzzjoni, Terminoloġija u l-Istudji fl-Interpretar, u d-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fl-Università ta’ Malta. Għal aktar informazzjoni niżżel il-Programm tal-Avvenimenti tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2022, jew żur il-paġna Facebook tal-avveniment. Tista’ wkoll iżżur ktieb.org.mt. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More