Home / News / Kjarifika dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Back to News Kjarifika dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3rd February, 2020 Fid-dawl tal-kontroversja li nqalgħet rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jikkjarifika xi punti li tqajmu fid-diskussjoni intensa fl-isfera pubblika u fix-xena letterarja tagħna. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jikkonferma li hekk kif jgħidu r-regoli, il-kotba li jidħlu għall-Premju jkunu qed jikkompetu billi jgħaddu minn tliet stadji differenti: l-ewwel stadju li huwa l-istadju tad-dħul, it-tieni stadju li huwa l-istadju tan-nominazzjoni u l-aħħar stadju li huwa l-istadju tar-rebbieħ. Ċarament, ir-regoli jagħtu l-jedd lill-aġġudikanti biex kotba li jkunu waslu fit-tieni stadju, jiġifieri l-istadju tan-nominazzjonijiet, mhux neċessarjament jgħaddu għall-aħħar stadju. Fl-istess ħin il-KNK jammetti wkoll li fl-eżitu tal-Premju ta’ din is-sena, ħarġu xi difetti fis-sistema u r-regoli kif inhuma. Il-Kunsill ma jaqbilx u qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħu li l-kummenti tal-aġġudikanti jkunu ppubblikati. Il-Kunsill lanqas jaqbel li l-ġurati għandhom ikellmu l-midja jew jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom. Fl-istess ħin il-KNK jammetti li jista’ jkun hemm problemi f’din is-sistema tal-kummentarju u jirrimarka li dejjem se jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-ġurati tiegħu, liema deċiżjonijiet huma finali. Il-Kunsill qiegħed ukoll jiddiskuti s-sistema tal-kummentarju, liema sistema tista’ wkoll tinbidel, flimkien mal-introduzzjoni ta’ prassi ġodda mal-ġudikanti bħal ftehim ta’ kunfidenzjalità (NDA). [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More