Home / News / Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb back to news Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb Other • Festivals 24th July, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-artisti lokali li s-sejħa għal sottomissjonijiet għall-Konkors Letterarju tal-Arti, bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet kulturali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, tagħlaq fil-31 ta’ Lulju. Sabiex jipparteċipaw, l-artisti huma mitluba jipproduċu xogħlijiet ta’ l-arti msejsa fuq xogħol letterarju Malti ta’ l-għażla tagħhom u li jista’ jinkludi rumanzi, novelli, poeżiji u drama. L-arti tista’ tkun maħduma f’varjetà ta’ midja – pittura, stampar, arti diġitali, skultura jew fotografija. Ġurija maħtura ser tevalwa x-xogħlijiet biex tagħżel għaxar daħliet rebbieħa. L-għaxar xogħlijiet ser jkunu parti minn wirja li ser iseħħ f’Perello Suite fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) matul il-Festival. Barra minn hekk, il-ġurija se tagħżel xogħol wieħed minn dawk l-għaxra bħala x-xogħol rebbieħ. Hemm premju ta’ 1000 euro għar-rebbieħ. Il-pitturi kollha se jkunu għall-bejgħ matul il-wirja u kull qliegħ mill-bejgħ se jingħata lill-artisti. Artisti interessati huma meħtieġa jibgħatu ritratti ta’ riżoluzzjoni għolja jew scans tax-xogħol tagħhom, flimkien mal-formola ta’ applikazzjoni, li tinsab hawnhekk, fejn għandhom jinkludu l-isem tax-xogħol letterarju li ispira l-arti flimkien ma’ kwotazzjoni meħuda mit-test. Ix-xogħlijiet tal-arti, ladarba jintgħażlu, jinġabru fl-aħħar ġimgħat li jwasslu għall-Festival. Kif kien imħabbar il-ġimgħa li għaddiet, il-Festival se jsir kmieni f’Novembru (8-12). L-għan ewlieni tal-konkors huwa li jħeġġeġ lill-artisti Maltin biex jibdew iħarsu lejn letteratura lokali bħala sors ta’ ispirazzjoni, bil-ħsieb li jiżdiedu il-kollaborazzjonijiet u proġetti futuri li jgħaqqdu talenti minn setturi differenti fix-xena lokali. Barra minn hekk, il-konkors għandu jservi wkoll biex juri l-potenzjal tal-letteratura Maltija lil membri tal-pubbliku li jżuru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-artisti lokali kollha huma mħeġġa b’mod qawwi biex ma jitilfux din l-opportunità biex juru x-xogħol tagħhom f’waħda mid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-pajjiż. Ir-regoli u l-kriterji jistgħu jinqraw hawn. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More