Home / News / Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 Back to News Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 1st June, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża lill-pubbliku li, segwenti għal proċess twil valutattiv, il-Bord tal-Aġġudikanti għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 unanimament għażel ‘Camilla’, proġett imħejji mis-Sur Martin Bonniċi u l-kumpanija tiegħu Shadeena, bħala r-reċipjent tal-fondi dis-sena. ‘Camilla’ huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Clare Azzopardi, Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014), li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 fil-kategorija ta’ Stejjer Qosra bl-Ingliż u bil-Malti. In-novella ddur ma’ mara misterjuża mill-Italja li tibda tgħix in-Naxxar fejn isir magħrufa għall-epitaffji li tikteb għan-Naxxarin mejtin. Il-produzzjoni tal-film għandha tibda fil-ġimgħat li ġejjin u tkun lesta sa meta l-film jintwera pubblikament għall-ewwel darba fl-10 ta’ Novembru 2018 waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 ġewwa d-Dar tal-Mediterran il-Belt Valletta. Viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dal-film b’xejn u se jkollhom l-opportunitá sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtriċi. L-Bord tal-Aġġudikanti dis-sena kien magħmul minn Andrei Vella Laurenti, Charles Calleja u Mario Cassar. Waqt il-produzzjoni tal-film, l-membri tat-tim iridu jibqgħu f’kuntatt mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mal-Bord tal-Aġġudikanti biex jaċċertaw li l-proġett qed jimxi mal-proposta aċċettata u mal-kriterji u regoli tal-konkors. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More