Home / News / Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’ Back to News Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’ Other 2nd July, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Maltin qed jistiednu poeti sabiex jipparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo 2018. Dis-sena, tlett premijiet li jikkonsistu minn rigal ta’ flus se jiġu mgħotija lil tliet poeżiji f’kull waħda miż-żewġ kategoriji, poeżiji bil-Malti u poeżiji bl-Ingliż. Għal kull waħda minn dal-kategoriji, l-parteċipanti qed jitħallew jissottomettu poeżija waħda mhux itwal minn 36 vers li għadha qatt ma ġiet ippublikata. Għandhom jintbagħtu tliet kopji fuq karta A4 ta’ kull poeżija sottomessa ffirmata biss b’nom de plume, waqt li f’invilopp separat issiġillat għandha tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mal-isem tal-poeżija, n-nom de plume użat, indirizz postali, numru tat-telefon fiss u numru tat-telefon ċellulari u indirizz elettroniku. L-applikanti huma mitluba jibagħtu d-dokumenti kollha lil Għaqda Poeti Maltin, 25, “Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 sa mhux iktar tard minn nofsinhar l-24 t’Awwissu 2018. Il-konkors ta’ dis-sena, li huwa t-tielet ta’ din is-serje, qed joffri tliet premji għal kull kategorija – 400 ewro għall-ewwel post, 200 ewro għat-tieni u 100 ewro għat-tielet. Ġurija ta’ tliet ġudikanti se tevalwa l-poeżiji. Għal skopijiet ta’ ġustizzja u trasparenza, l-użu tan-nom de plumes kif indikat hawn fuq se jkun enfurzat filwaqt li membri tal-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma skwalifikati milli jipparteċipaw. Lista sħiħa tar-regolamenti tista’ tinstab hawn. Membri tal-pubbliku interessati jipparteċipaw huma mħeġġa jaqraw ukoll il-kriterji li se jiġu applikati f’dal-konkors. Dokumenti: Regolamenti Kriterji Applikazzjoni SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More