Home / News / KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA Mons. Amante Buontempo – 2016 Back to News KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA Mons. Amante Buontempo – 2016 Inizjattivi • Other 11th July, 2016 L-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’ għal din is-sena 2016 Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji, kull waħda mhux itwal minn tletin vers, bil-Malti. Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’ kull poeżija. Dawn il-poeżiji għandhom ikunu ffirmati biss bi psewdonomu (nom de plume). F’envelopp separat u ssiġillat , il-konkorrent għandu jniżżel l-isem tal-poeżiji li jkun se jieħu sehem fil-Konkors bihom, il-psewdonomu, ismu u kunjomu, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku. Jiġu ppremjati l-poeżiji kklassifikati fl-ewwel tliet postijiet. L-ewwel poeżija tingħata €300, it-tieni poeżija tingħata €200, u t-tielet poeżija tingħata €100. Il-premijiet jistgħu ma jingħatawx jekk ma jintlaħaqx il-livell mistenni f’kompetizzjoni bħal din. Il-ġurija se tkun komposta minn tliet membri: Wieħed magħżul mill-Għaqda Poeti Maltin u tnejn mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Is-sottomissjonijiet għal dan il-konkors għandhom jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Jesmond Sharples, ‘Sinfonija’, 70, Triq il-Mediterran, Pembroke PBK 1255, sa mhux aktar tard mill-31 t’Awwissu 2016. F’envelopp wieħed għandhom jintbagħtu l-poeżiji għall-kompetizzjoni u l-envelopp issiġillat bid-dettalji. TIKTBUX L-INDIRIZZ TA’ MIN QED JIBGĦAT ID-DETTALJI WARA L-ENVELOPP. Kulmin jonqos f’xi waħda minn dawn ir-regolamenti jiġi skwalifikat immedjatament. Wara li tagħlaq id-data għad-dħul tas-sottomissjonijiet, tkunu tistgħu tiċċekkjaw l-isem tal-poeżija tagħkom fil-websajt tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew tal-Għaqda Poeti Maltin. N.B. Il-Premijiet huma ġentilment mogħtija mill-fondi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Ir-riżultat tal-Kompetizzjoni jitħabbar waqt attività speċifika matul il-jiem tal-Festival tal-Ktieb li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza f’Novembru (9-13, MCC Valletta). SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More