Home / News / Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020: jiftħu l-applikazzjonijiet Back to News Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020: jiftħu l-applikazzjonijiet Inizjattivi • Other 7th January, 2020 Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ huwa konkors organizzat bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. B’hekk l-organizzaturi jixtiequ li bil-mod il-mod fis-suq ikomplu jiżdiedu aktar kotba f’dan il-ġeneru u l-adolexxenti jsibu qari bil-Malti li jinteressahom u jimmotivahom. Permezz ta’ dan il-konkors, l-organizzaturi jaspiraw li l-manuskritti sottomessi jkunu tal-ogħla livell letterarju. L-organizzaturi jaspiraw ukoll li jippromovu letteratura ta’ livell għoli billi jippremjaw testi ta’ kontenut letterarju għoli. Barra minn hekk ikun hemm inċentiv għall-awturi biex jissottomettu rumanzi oriġinali u innovattivi b’kontentut mhux didattiku u li ma jaljenax liż-żgħażagħ b’attidudni moralistika. B’hekk l-adoloxxenti jibdew igawdu wkoll minn letteratura miktuba speċifikament għall-etajiet u ż-żminijiet tagħhom – rumanzi li jħeġġuhom jaqraw aktar u aħjar. L-applikazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2020 fetħu u kull min hu interessat għandu jissottometti test oriġinali ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma, immirat lejn żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-15-il sena. L-applikanti jistgħu jkunu individwi jew gruppi ta’ individwi u l-manuskritti jridu jiġu sottomessi taħt psewdonimu. L-applikanti kollha irid ikollhom mill-inqas 20 sena. Minbarra t-test, l-applikanti għandhom ukoll jipprovdu formola ta’ applikazzjoni bil-firma oriġinali tal-awtur, fotokopja tal-karta tal-identità tagħhom u sinopsi tal-istorja ta’ mill-inqas 500 kelma. Tliet kopji kemm tal-manuskritt kif ukoll tas-sinopsi, għandhom jiġu sottomessi taħt psewdonimu, flimkien mad-dokumenti l-oħra. Awturi li huma interessati f’dan il-konkors għandhom jaqraw l-linji gwida li jirregolaw il-parteċipazzjoni billi jżuru is-sit www.agenzijazghazagh.gov.mt, iniżżluhom minn hawnhekk jew jibagħtu imejl fuq l-indirizz elettroniku agenzija.zghazagh@gov.mt. Niżżel l-applikazzjoni minn hawn. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jaħtar tliet aġġudikaturi li jagħżlu l-manuskritti rebbieħa skont sett ta’ kriterji: żvilupp tal-istorja u l-karattri, oriġinalità, lingwa u kwalità. Ir-rebbieħ jitħabbar fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar 2021 u jingħata trofew u ċertifikat ta’ tifkira kif ukoll somma ta’ €1,000. Imbagħad jiġi mistoqsi biex jiffirma kuntratt li fih jingħata fondi (€2,000) biex jippubblika x-xogħol ma’ pubblikatur lokali tal-għażla tiegħu. Il-manusktritti oriġinali flimkien mal-formola tal-applikazzjoni uffiċċjali għall-konkors ta’ din is-sena jridu jaslu għand l-Aġenzija Żgħażagħ sa nofsinhar tas-7 ta’ Settembru 2020. [add_posts category=youth-prizes-mt show=100] SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More