Home / News / Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ: Daqt jagħlqu l-applikazzjonijiet Back to News Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ: Daqt jagħlqu l-applikazzjonijiet Other 31st August, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża li għad fadal ġimgħa biss biex wieħed ikun jista’ jissottometti xogħlu għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, jiġifieri sa nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru. Dan il-konkors, li l-għan tiegħu huwa li toktor letteratura għaż-żgħażagħ ta’ livell għoli, jsir flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ u issa jinsab fit-tmien edizzjoni tiegħu. Ir-rebbieħ jew rebbieħa tal-konkors, minbarra trofew u ċertifikat, jingħataw anki għotja finanzjarja ta’ €1,000. Barra minn hekk it-test rebbieħ jiġi ppubblikat minn pubblikatur tal-għażla tal-kittieb. Fil-fatt fi ftit taż-żmien il-pubbliku se jkun jista’ jakkwista l-ktieb Stessi ta’ Matthew Schembri, li rebaħ il-konkors tal-2016. Dan hu l-aħħar minn sensiela ta’ kotba ppubblikati wara suċċess f’dan il-konkors. Il-ktieb hu ppubblikat minn Merlin Publishers. Ir-rumanz jittratta temi bħan-narċissiżmu u l-kultura tal-istessi, billi jiżvolġi storja li ddur ma’ kamera li tibda tiġbed l-istessi waħedha. Sadanittant, tista’ tara hawnhekk min kienu r-rebbieħa ta’ dan il-konkors fil-passat. L-applikanti jrid ikollhom minn tal-inqas 20 sena, u t-test sottomess irid ikun oriġinali u jkollu bejn 20,000 u 25,000 kelma. Għal tagħrif aktar iddettaljat dwar x’inhuma l-kriterji biex tapplika agħfas hawnhekk, u tista’ tniżżel l-applikazzjoni minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More