Home / News / Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 – Ħarġu r-riżultati Back to News Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 – Ħarġu r-riżultati Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 16th April, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-proġetti rebbieħa tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2019 u tas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK. Wara l-għeluq tal-perjodu tal-applikazzjoniet fit-30 ta’ Marzu, is-sottomissjonijiet ġew riveduti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK irċieva applikazzjoni waħda għal kull konkors. It-tnejn li huma kienu meqjusa ta’ livell għoli skont il-Kriterji tal-Aġġudikazzjoni u għalhekk iż-żewġ applikazzjonijiet ingħataw il-fondi allokati mill-konkorsi rispettivi. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column width=”1/2″][vc_column_text] Il-fondi għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2019 se jingħataw lil ‘Ġulina’, proġett ippreżentat mid- direttur u l-produttur is-Sur Peter Sant u l-kumpanija tiegħu Hereonin Ltd. ‘Ġulina’ huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Alfred Sant, Pupu fil-Baħar – Rakkonti u Divertimenti (SKS, 2009). In-novella ta’ Alfred Sant issegwi xebba b’ħajja sempliċi minn raħal żgħir hekk kif tadatta għall-bidliet li ġabu magħhom il-mewt ta’ ommha, it-telf tar-razzett tal-familja, u l-miġja ta’ saċerdot ġdid. Il-film qasir se jiġi prodott fix-xhur li ġejjin u jintwera pubblikament għall-ewwel darba f’avveniment speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru 2019. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dal-film b’xejn u se jkollhom l-opportunitá sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtur. [/vc_column_text][/vc_column][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”8389″ img_size=”medium” alignment=”center”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text] Il-kumpanija Sajjetta se tingħata fondi għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 għall-proġett bit-titlu ta’ ‘Storja ta’ Storja’. ‘Storja ta’ Storja’ huwa ko-prodott u dirett mis-Sinj. Charlie Cauchi u s-Sur Martin Bonnici. Is- sensiela ta’ tmien episodji se tkun magħmula minn intervisti ma’ awturi Maltin rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u drammatizzazzjonijiet tax-xogħlijiet tagħhom. L-awturi intervistati se jkunu Alex Vella Gera, Clare Azzopardi, Alfred Sant, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Loranne Vella, Walid Nabhan u Keith Sciberras. Il-membri tat-timijiet ta’ produzzjoni għandhom jaġġornaw lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dwar il-progress tagħhom sabiex jiżguraw li l-proġett qed jimxi skond il-proposta aċċettata u mal-kriterji u regoli tal-konkors. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text][add_posts category=film-mt show=100][/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More