Home / News / L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 back to news L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 8th December, 2017 Iċ-ċerimonja tal-għoti ta’ premjiet għall-edizzjoni tal-2017 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb saret fil-Berġa ta’ Kastilja ilbieraħ filgħaxija, taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. L-avveniment, ippreżentat mill-preżentatur tat-TV magħruf Mark Laurence Zammit, beda fis-7.30 ta’ filgħaxija b’diskors ta’ ftuħ mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri. Fid-diskors tiegħu, Camilleri ħabbar li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa sar entità legali u li l-Kunsill għamel l-akwist ta’ binja storika ġewwa l-belt Valletta li ser isservi bħala l-kwartieri ġodda tal-Kunsill. Wara d-diskors, il-kotba rebbieħa ġew imħabbra fil-kategoriji separati tagħhom, li jvarjaw minn riċerka ġenerali għal rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż. L-aħħar żewġ premjijiet, il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti u l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba huma premjijiet għal ħidma letterarja u mhux għal ktieb partikolari. Il-Premju għall-Kontribut Siewi huwa maħsub biex jonora ħajja ta’ ħidma letterarja, mhux biss għall-produzzjoni letterarja tal-kittieb iżda wkoll għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-istudju letterarju, fl-edukazzjoni ta’ komunitajiet lokali u għat-trawwim tal-kultura letterarja lokali. Din is-sena l-unur ingħata lil Victor Fenech, li kien preżenti biex jirċievi l-premju mill-Prim Ministru fi tmiem iċ-ċerimonja. Fost il-punti ewlenin tal-lejla, ir-rebbieħ fil-kategorija “rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż” kienet kittieba Awstraljana ta’ oriġini Maltija, Lou Drofenik, li rebħet il-premju b’novella bl-Ingliż The Confectioner’s Daughter, pubblikazzjoni ta’ Horizons. Immanuel Mifsud rebaħ l-ewwel premju tal-poeżija bil-ġabra Ħuta, ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin. Ir-rebbieħ fil-kategorija “novelli bil-Malti u bl-Ingliż” kien Alfred Sant bil-ġabra ta’ novelli Western – bejn rakkonti bejn divertimenti (SKS, 2016) L-avveniment ingħalaq b’diskors mill-Prim Ministru, fejn feraħ lill-aġenti letterarji lokali, inklużi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, pubblikaturi u l-awturi nfushom tal-ħidma tagħhom biex tinħoloq ekosistema b’saħħitha ta’ kotba u qarrejja f’pajjiżna. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-membri tal-ġurija li servew fil-bord tal-aġġudikazzjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017: Profs. Yosanne Vella, Mario Ellul u Profs. Godfrey Baldacchino għall-kategorija ‘riċerka ġenerali’, Andrè Vella Laurenti, Rueben Zammit u Claudine Borg għall-kategoriji “rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż”, “stejjer qosra bil-Malti u bl-Ingliż” u “poeżija bil-Malti u bl-Ingliż”. REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ PREMJU MOGĦTI LIL LOU DROFENIK GĦALL-KTIEB: THE CONFECTIONER’S DAUGHTER REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ PREMJU MOGĦTI LIL ALFRED SANT GĦALL-KTIEB WESTERN: BEJN RAKKONTI, BEJN DIVERTIMENTI REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ PREMJU MOGĦTI LIL IMMANUEL MIFSUD GĦALL-KTIEB ĦUTA REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA TRADUZZJONI PREMJU MOGĦTI LIL PAUL ZAHRA GĦALL-KTIEB MARCEL PROUST: GĦAT-TFITTXIJA TAŻ-ŻMIEN MITLUF: MIX-XAQLIBA TA’ DAR SWANN COMBRAY REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA RIĊERKA TA’ NATURA ĠENERALI PREMJU MOGĦTI LIL PATRICK J. FENECH GĦALL-KTIEB THE MALTESE VILLAGE FESTA: A TRADITIONAL YEARLY RITUAL REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA RIĊERKA TA’ NATURA BIJOGRAFIKA U STORJOGRAFIKA PREMJU MOGĦTI LIL JOSEPH VELLA BONDIN GĦALL-KTIEB THE GREAT MALTESE COMPOSERS: HISTORICAL CONTEXT, LIVES AND WORKS PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA MOGĦTI LIL KEVIN CASHA GĦALL-KTIEB PHOTOGRAPHY IN MALTA: THE HISTORY AND THE PROTAGONISTS PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA ŻAGĦŻUGĦA LI BDIET TIKTEB RIĊENTAMENT U IDDISTINGWIXXIET RUĦHA BIL-KITBA U L-KOTBA TAGĦHA MOGĦTI LIL ROBERTA BAJADA PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB MOGĦTI LIL VICTOR FENECH Iktar ritratti mis-serata SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More