Home / News / L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 back to news L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 30th November, 2018 Iċ-ċerimonja tal-għoti ta’ premjijiet għall-edizzjoni tal-2018 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb saret fil-Berġa ta’ Kastilja lbieraħ filgħaxija, taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. L-avveniment, ippreżentat mill-preżentatur tat-TV Joseph Chetcuti, beda fis-7.30 ta’ filgħaxija b’diskors ta’ ftuħ mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri. Fid-diskors tiegħu, Camilleri qal li dawn huma żminijiet li qed jitjiebu għall-Kunsill, kemm mil-lat finanzjarju, iżda anki għall-pass mgħaġġel tal-letteratura Maltija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pubblikazzjonijiet. Irrimarka li filwaqt li fl-2013 kienu jiġu ppubblikati mal-500 ktieb fis-sena, illum jiġu ppubblikati mal-1,000 ktieb. Irrefera wkoll għan-numru ta’ kittieba ġodda li qed jagħmlu isem fix-xena lokali. Qal li għalkemm il-letteratura Maltija mhix qadima, xorta kellha l-ismijiet il-kbar tagħha li għanewha. Camilleri rrimarka li dis-sena l-premju finanzjarju għar-rebbieħa għola, bħalma se jiġri s-sena d-dieħla. Sostna iżda li żieda fil-flus trid tiġi wkoll ma’ żieda fl-istandard tal-kitba. Tkellem dwar kif il-kittieb Malti jrid jasal fil-punt li jkun jista’ jsostni lilu nnifsu bil-kitba u l-produzzjoni letterarja tiegħu. Tkellem ukoll dwar ir-restawr ta’ palazz il-Belt Valletta, proġett li l-Kunsill se jimbarka fuqu għas-sena d-dieħla, u li se jkun qed iservi bħala mużew tal-ktieb u aġent kulturali. Iċ-Ċermen irringrazzja lill-Gvern tal-inizjattivi li qed jieħu biex jissalvagwardja u jiżviluppa l-industrija tal-ktieb fil-pajjiż. Żied jgħid li jekk ma tkunx sostnuta kultura ta’ qari u kotba s-soċjetà kollha titlef. Camilleri appella lill-kittieba u l-pubblikaturi biex jappoġġjaw lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Sostna li akbar l-appoġġ, isħaħ tkun ir-rieda biex il-Kunsill imexxi u jopera. Finalment, temm billi awgura lil kull kittieb fis-sala, u qawwa qalb dawk li ma kinux ir-rebbieħa, li iżda għamluha sal-finali. Wara d-diskors, il-kotba rebbieħa ġew imħabbra fil-kategoriji rispettivi tagħhom, li jvarjaw minn riċerka ġenerali għal rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż. L-aħħar żewġ premjijiet, il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti u l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba huma premjijiet għal ħidma letterarja u mhux għal ktieb partikolari. Il-Premju għall-Kontribut Siewi huwa maħsub biex jonora ħajja ta’ ħidma letterarja, mhux biss għall-produzzjoni letterarja tal-kittieb, iżda wkoll għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-istudju letterarju, fl-edukazzjoni ta’ komunitajiet lokali u għat-trawwim tal-kultura letterarja lokali. Din is-sena l-unur ingħata lil Lillian Sciberras, li kienet preżenti biex tirċievi l-premju mill-Prim Ministru fi tmiem iċ-ċerimonja, filwaqt li Antoinette Borg ingħatat il-premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Fost il-punti ewlenin tal-lejla, ir-rebbieħ fil-kategorija ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’ kienet Loranne Vella bir-rumanz fantaxjentifiku tagħha Rokit, pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers. Antoine Cassar rebaħ l-ewwel premju tal-poeżija bil-ġabra Erbgħin Jum, ippubblikat minn EDE Books. Ma kien hemm ebda rebbieħ fil-kategoriji tan-novelli, id-drama jew it-traduzzjoni għax ebda mill-kontestanti m’għadda għall-finali. It-titlu rebbieħ fil-kategorija ‘Riċerka Ġenerali’ kien Curtain Up! ta’ Paul Xuereb, ippubblikat minn Midsea Books, filwaqt li Sal-quċċata tal-Everest ta’ Marco Cremona u Glen Calleja (Merlin Publishers) u ‘Kollni kemm jien għalikom’: Il-ħajja mqanqla ta’ Mikiel Gonzi u żminjietna (1885-1984) ta’ Louis Cilia (Klabb Kotba Maltin), it-tnejn rebħu l-premju fil-kategorija ‘Riċerka Bijografika u Storjografika’. L-aħħar u mhux l-inqas, A Visual Guide to the Fortifications of Malta ta’ Stephen C. Spiteri, ippubblikat minn BDl, rebaħ fil-kategorija ‘L-aqwa produzzjoni ta’ ktieb’. Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, faħħar xogħol il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Qal li jieħu gost meta jħares lejn il-livell tal-organizzazzjoni u fejl wasal illum il-Kunsill, u rringrazzja liċ-Ċermen Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha fil-Kunsill. Sostna li l-mira tal-Gvern hu li jkabbar l-udjenza tal-ħidmiet kulturali f’Malta. Tkellem, fost l-oħrajn dwar l-inizjattiva li kull tifel u tifla jidħlu b’xejn fis-siti ta’ Heritage Malta. Qal li mira oħra hi l-kwalità tax-xogħlijiet artistiċi. It-tielet mira hi li tinħoloq niċċa kulturali u ekonomika. Fiehem li dan ifisser li min ikollu karriera artistika jkun jista’ jiekol minnha. Qal li dan huwa obbligu tal-Gvern. Temm jirringrazzja lill-kittieba preżenti, u qal li Malta obbligata lejhom għax huma r-ruħ tas-soċjetà. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima temm is-serata bid-diskors tiegħu, billi qal li l-identità ta’ poplu magħmula minn diversi aspetti, fosthom il-kittieba. Irrimarka li bħala għajnuna kien hemm diversi mill-Gvern, ngħidu aħna xogħol relatat maċ-ċensura, aktar libertà u rispett akbar lejn l-intelliġenza artistika. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja lill-membri tal-ġurija li servew fil-bord tal-aġġudikazzjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018: Prof. Anthony Aquilina, Mario Ellul u Prof. Henry Frendo għall-kategoriji ‘Riċerka Ġenerali’ u ‘Riċerka Bijografika u Storjografika’; Andrè Vella Laurenti, Emmanuel Psaila u Dr. Claudine Borg għall-kategoriji ‘Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż’ u ‘Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż’. IT-TITLU REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA TAR-RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ IPPREMJATA LORANNE VELLA GĦALL-KTIEB: ROKIT IT-TITLU REBBIEĦ GĦALL-KATEGORIJA TAL-POEŻIJI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ IPPREMJAT ANTOINE CASSAR GĦALL-KTIEB: ERBGĦIN JUM IT-TITLU REBBIEĦ GĦALL-KATEGORIJA TAR-RIĊERKA ĠENERALI IPPREMJAT PAUL XUEREB GĦALL-KTIEB: CURTAIN UP! IT-TITLU REBBIEĦ GĦALL-KATEGORIJA TAR-RIĊERKA BIJOGRAFIKA U STORJOGRAFIKA IPPREMJATI LOUIS CILIA BONDIN GĦALL-KTIEB: “KOLLNI KEMM JIEN GĦALIKOM” : IL-ĦAJJA MQANQLA TA’ MIKIEL GONZI U ŻMINIJIETNA (1885-1984) U MARCO CREMONA U GLEN CALLEJA GĦALL-KTIEB: SAL-QUĊĊATA TAL-EVEREST IL-PREMJU GĦALL-AQWA PRODUZZJONI TA’ KTIEB LIL BOOK DISTRIBUTORS LIMITED (BDL) GĦALL-KTIEB: A VISUAL GUIDE TO THE FORTIFICATIONS OF MALTA IL-PREMJU GĦALL-AĦJAR AWTUR EMERĠENTI MOGĦTI LIL ANTOINETTE BORG IL-PREMJU GĦALL-KONTRIBUT SIEWI FIL-QASAM TAL-KITBA MOGĦTI LIL LILLIAN SCIBERRAS [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More