Home / News / L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 12-14 ta’ Marzu 2024) back to news L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 12-14 ta’ Marzu 2024) Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • London Book Fair • Other 19th January, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) kburi li qed jippreżenta l-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta. Il-parteċipanti magħżula se jkunu jistgħu jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom f’katalgu ta’ drittijiet ta’ barra li se jitqassam waqt il-London Book Fair 2024, li se ssir fl-Olympia f’Londra mit-12 sal-14 ta’ Marzu, u f’fieri internazzjonali oħrajn fl-2024. L-għan tal-inizjattiva hu li tipprovdi pjattaforma mnejn il-pubblikaturi u l-awturi jkunu jistgħu jippromwovu sa 5 kotba f’dal-katalgu, li se jkun jinkludi wkoll sezzjoni b’kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, kif ukoll informazzjoni dwar il-Fond Malti tal-Ktieb. Dawn l-aħħar żewġ sezzjonijiet ikunu kkurati mill-KNK. Minkejja ż-żieda fl-aċċessibbiltà għal teknoloġiji ta’ komunikazzjoni, kumpaniji iżgħar u indipendenti qed jaffaċċjaw sfidi sabiex jistabbilixxu ruħhom fuq livell globali. Il-KNK jifhem il-kutrumbajsi li jkollhom jagħmlu l-pubblikaturi u l-awturi Maltin sabiex jinnavigaw fis-suq tal-pubblikazzjoni internazzjonali, u allura kommess li jissapportjahom ħalli jkollhom suċċess. Bħala parti mill-inizjattiva, il-KNK se jfassal dal-katalgu li jħaffef il-proċess sabiex pubblikatur jew awtur Malti jkellem jew jiltaqa’ ma’ msieħba importanti fl-industrija. Il-katalgu se jkun fih informazzjoni estensiva dwar il-pubblikazzjonijiet magħżula. Dettalji dwar l-inizjattiva L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja miftuħa għall-pubblikaturi Maltin li għandhom id-drittijiet tax-xogħlijiet li beħsiebhom iressqu biex ikunu inklużi fil-katalgu Malti ta’ drittijiet ta’ barra għall-2024. Jekk għad m’hemmx ftehim jew kuntratti li jiddelineaw ċar min hu d-detentur tad-drittijiet, tajjeb li l-applikanti jħabirku sabiex dawn isiru mal-awturi tal-kotba qabel ma japplikaw għall-inizjattiva, jew tal-inqas sa qabel id-dati tal-London Book Fair 2024. Biex ikun eliġibbli, applikanti irid ikun diġà fl-isfera tal-esportazzjoni tal-letteratura Maltija. Kull pubblikatur jista’ jissottometti sa’ 5 kotba. L-awturi mħeġġa jikkuntattjaw lill-pubblikatur tagħhom jekk jixtiequ li xogħolhom jidher f’dal-katalgu. L-applikazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta tagħaq fl-1 ta’ Frar. Il-parteċipanti jistgħu japplikaw ukoll għal massimu ta’ żewġ biljetti ta’ dħul b’xejn għal-London Book Fair 2024, u anki jużaw sa massimu ta’ darbtejn l-imwejjed u l-ispazju tal-istand tal-KNK biex jagħmlu l-laqgħat (id-disponibbiltà tal-laqgħat tkun ikkomunikata mill-KNK). Inkella, ir-rappreżentanti tal-KNK iridu jkunu mgħarrfa bid-dettalji dwar xi talba relatata mal-kotba. Negozjati li jseħħu wara l-fiera msemmija jsiru mid-detentur tad-drittijiet, kif se jkun indikat fil-katalgu. Il-pubblikaturi li se japplikaw għal din l-inizjattiva mitluba jassiguraw l-eżistenza tad-drittijiet tal-awtur (bil-kitba). Importanti ngħidu li mhux kull ktieb sottomess ifisser li se jidher fil-katalgu ta’ drittijiet ta’ barra. Se jkun hemm bord maħtur apposta li se jaħdem fil-qrib mal-KNK biex ikun iffinalizzat il-katalgu, anki fl-isfond tal-għarfien tal-KNK tas-suq internazzjonali. Għajnuna waqt is-Sottomissjoni tal-Applikazzjoni L-applikanti magħżula jistgħu jirċievu għajnuna mill-KNK qabel ma jissottomettu l-kotba tagħhom biex jiddaħħlu fil-katalgu. Fost l-oħrajn, l-għajnuna tista’ tingħata dwar kuntratti ta’ pubblikazzjoni, ftehimiet fuq drittijiet ta’ barra, u l-irwol tal-aġenti letterarji u tal-ippiċċjar. Suġġerimenti individwali se jkunu bbażati fuq il-lista tal-pubblikaturi sottomessa u x-xogħlijiet tal-awturi msemmija fil-formola tal-applikazzjoni. Il-pubblikaturi mħeġġa jimlew il-formola tal-applikazzjoni sal-1 ta’ Frar 2024, billi jsegwu dil-ħolqa: https://forms.gle/QvNXrFwfdRh73Bmm9 SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More