Home / News / Malta fil-Festival New Literature from Europe NY Back to News Malta fil-Festival New Literature from Europe NY Inizjattivi • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 20th December, 2016 Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe fi New York. Il-Festival huwa huwa wieħed mill-aktar Festivals rispettati ġewwa New York fil-qasam tat-traduzzjoni u jilqa’ bosta kittieba rispettati minn madwar l-Ewropa. Matul il-Festival, Immanuel Mifsud ipparteċipa fi tliet avvenimenti. Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru Dr. Mifsud kien parti minn panel li tratta t-tema “Poetry in Motion” ġewwa Poet’s House u wara ffirma kopji tal-kotba tiegħu. Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, huwa ddiskuta xogħolu wara li qara’ silta minn novella tiegħu f’panel ma’ 3 awturi oħra fosthom ir-rebbieħa tal-PEN award Deborah Eisenberg. It-tema ta dan l-avveniment kienet “Art of the Short Story”. Mifsud kien parti wkoll mill-aħħar avevniment li bih għalaq il-Festival —”The Mother Tongue: A European Reading”. Għal dan l-aħħar avveniment, Immanuel Mifsud qara’ silta mill-ktieb tiegħu “Jutta Heim” bil-Malti waqt li ġiet proġettata t-traduzzjoni tal-istess silta bl-Ingliż. Qabel il-qari, l-mistieden speċjali u kittieb ta’ fama mondjali Salman Rushdie, tkellem dwar l-importanza tal-letteratura tradotta. Mifsud kien ukoll intervistat għall-“Words without borders”, mill-poeta u kritiku letterarju Nathalie Handal li kienet ukoll moderatur waqt id-diskussjonijiet tal-panel “Poetry in Motion”. L-intervista tista’ tinqara minn hawn: https://www.wordswithoutborders.org/dispatches/article/the-city-and-the-writer-inpaola-malta-with-immanuel-mifsud-nathalie-handal SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More