Home / News / Maria Grech Ganado fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Maria Grech Ganado fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 30th September, 2016 Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu f’Malta kif kien ippropona Gian Francesco Abela. Din is-sena allura jmiss li niċċelebraw ix-xogħol u l-ħidma letterarja tar-rebbieħ tal-premju fl-2015, il-poetessa Maria Grech Ganado, l-awtur ta’ waħda mill-poeżiji l-iktar maħbuba fil-letteratura Maltija moderna, Jum San Valentin, u l-ewwel mara li nħatret lecturer fl-Università ta’ Malta. Is-serata ser tħares kemm lejn ix-xogħol letterarju kif ukoll il-ħidma tagħha fl-oqsma tas-soċjeta u l-kultura. Maria ser titħaddet ma’ Charles Calleja matul l-avveniment li ser iseħħ nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija. Għal aktar informazzjoni żuru il-paġna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More