Home / News / Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi fi Brussell Back to News Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi fi Brussell Inizjattivi • Other 15th February, 2017 Fit-18 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-2 ta’ wara nofsinhar b’Clare Azzopardi li ser taqra siltiet minn Il-Qtates ta’ max-Xatt (2016, Merlin Publishers), Mingu (2015, Merlin Publishers), li rebaħ il-Premju Terramaxka 2016 fil-kategorija kotba oriġinali għat-tfal (0-7) u Ġużeppina (2011, Merlin Publishers). Għall-membri adulti tal-udjenza, Clare ser taqra siltiet minn Kulhadd halla isem warajh (2014, Merlin Publishers), kollezjoni ta’ stejjer li kollha jduru madwar il-personalitajiet imdawla u b’saħħithom tal-protagonisti nisa. Wara Clare ser tidher Maria Grech Ganado li ser jaqra għadd ta’ poeżiji tagħha bil-Malti u bl-Ingliż. Maria hija mgħarufa sew kemm bħala poeta, kif ukoll bħala kittieba u intelletwali li għamlet kontribut enormi lill-pajjiż. Dan il-kontribut ġie mgħaruf uffiċjalment darbtejn – fis-sena 2000 meta rebħet l-MQR – Medalja għall-Qadi tar-Repubblika u fl-2016 meta rebħet il-Lifetime Achievement Award għax-xogħol letterarju tagħha. Ix-xogħol poetiku tagħha mhux imfaħħar biss mill-kritiċi izda huwa maħbub sew mill-qarrejja Maltin. Poeżiji bħal Jum San Valentin, Ix-Xwejħa u s-Suldat, Temminx Fiha, Għajrek huma mgħarufa għal kull Malti li jħobb u jaqra l-poeżija. Ma hemmx dubbju li dawk li ser iżuru Librebook -Bruxelles nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu ser jkollhom l-unur li jisimgħu l-vuċi unika ta’ waħda mill-ikbar poeti ta’ pajjiżna. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More