Home / News / Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi fi Brussell Back to News Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi fi Brussell Inizjattivi • Other 15th February, 2017 Fit-18 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-2 ta’ wara nofsinhar b’Clare Azzopardi li ser taqra siltiet minn Il-Qtates ta’ max-Xatt (2016, Merlin Publishers), Mingu (2015, Merlin Publishers), li rebaħ il-Premju Terramaxka 2016 fil-kategorija kotba oriġinali għat-tfal (0-7) u Ġużeppina (2011, Merlin Publishers). Għall-membri adulti tal-udjenza, Clare ser taqra siltiet minn Kulhadd halla isem warajh (2014, Merlin Publishers), kollezjoni ta’ stejjer li kollha jduru madwar il-personalitajiet imdawla u b’saħħithom tal-protagonisti nisa. Wara Clare ser tidher Maria Grech Ganado li ser jaqra għadd ta’ poeżiji tagħha bil-Malti u bl-Ingliż. Maria hija mgħarufa sew kemm bħala poeta, kif ukoll bħala kittieba u intelletwali li għamlet kontribut enormi lill-pajjiż. Dan il-kontribut ġie mgħaruf uffiċjalment darbtejn – fis-sena 2000 meta rebħet l-MQR – Medalja għall-Qadi tar-Repubblika u fl-2016 meta rebħet il-Lifetime Achievement Award għax-xogħol letterarju tagħha. Ix-xogħol poetiku tagħha mhux imfaħħar biss mill-kritiċi izda huwa maħbub sew mill-qarrejja Maltin. Poeżiji bħal Jum San Valentin, Ix-Xwejħa u s-Suldat, Temminx Fiha, Għajrek huma mgħarufa għal kull Malti li jħobb u jaqra l-poeżija. Ma hemmx dubbju li dawk li ser iżuru Librebook -Bruxelles nhar is-Sibt 18 ta’ Marzu ser jkollhom l-unur li jisimgħu l-vuċi unika ta’ waħda mill-ikbar poeti ta’ pajjiżna. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More