Skip to content

Markapaġna S02E09 – Maria Brown

Image of Markapaġna S02E09 – Maria Brown

Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Brown, dwar ‘Democracy Without Confession’ ta’ John Baldacchino u Kenneth Wain. Id-diskussjoni ddur madwar is-serje ta’ konverżazzjonijiet filosofiċi taż-żewġ ħassieba b’għeruq Maltin, l-immaġinarju politiku diskuss fil-ktieb, is-saffi differenti tal-poter, u l-irwol tal-intellettwali pubbliku fis-soċjetà Maltija.

Maria Brown kisbet Ph.D. fis-Soċjoloġija tal-Edukazzjoni għall-Adulti, l-Edukazzjoni Informali, u l-Iżvilupp tal-Komunità. Għandha wkoll Maġisteru fis-Soċjoloġija u Baċellerat fis-Soċjoloġija u t-Taljan.

Brown tagħti lectures dwar l-edukazzjoni għall-adulti u l-edukazzjoni bbażata fil-komunità fi ħdan id-Dipartiment tal-Arti, il-Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni għall-Adulti. L-interessi tagħha fir-riċerka jduru madwar l-edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni, l-azzjoni komunitarja, l-ugwaljanza soċjali, is-soċjoloġija, il-politika soċjali, l-Ewropizzazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, il-metodoloġija ġenrali u l-metodi ta’ riċerka.

[embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=0e26aBessJk[/embedyt]

Kotba diskussi f’dan l-episodju: 
John Baldacchino u Kenneth Wain, ‘Democracy Without Confession’, (Allied Newspapers, 2013)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.