Home / News / Markapaġna – Serje ġdida ta’ poddati letterarji mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Markapaġna – Serje ġdida ta’ poddati letterarji mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 30th August, 2022 Bħala parti mill-istrateġija tiegħu sabiex kontinwament jippromwovi l-pubblikazzjonijiet lokali mal-komunità, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iniedi Markapaġna – serje ġdida ta’ poddati letterarji li se jixxandru kull ġimgħa bħala awdjo u film fl-istess ħin. B’Luke Galea u Rachel Baldacchino bħala l-intervistaturi tas-serje, Markapaġna se tlaqqagħna ma’ awturi u riċerkaturi huma u jitkellmu dwar ktieb jew kotba li baqgħu f’moħħhom mix-xena lokali. Il-konverżazzjoni se tpoġġi lill-mistednin kemm fis-siġġu ta’ artisti tal-kelma, iżda wkoll bħala qarrejja tal-kelma. L-għan tas-serje hu li tagħti spazju għal diskussjoni dwar il-kotba minn Malta billi tifrex il-karatteristiċi ewlenin tax-xogħol magħżul, l-influwenzi li sawru lix-xogħol u anki x’effett kellu fuq kotba oħra, id-diwi soċjali tiegħu, u finalment il-kuntest u l-istorja li hemm madwaru. Is-serja se jkun fiha 20 poddata ma’ 20 mistieden differenti, maqsumin f’10 poddati li jixxandru minn Settembru sa nofs Novembru u li jwasslu sal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u 10 oħra li jixxandru bejn Jannar u Frar tas-sena d-dieħla. L-ewwel nofs tas-serje se titmexxa minn Luke Galea, u l-bqija minn Rachel Baldacchino. Kull episodju se jkun mogħni b’għadd ta’ rakkomandazzjonijiet mix-xena letterarja, kemm kontemporanja u anki tal-imgħoddi. Markapaġna se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-6pm fuq il-Youtube tal-KNK kif ukoll is-siti u l-paġni Facebook tal-KNK u ta’ MaltaToday, bl-ewwel poddata tkun fit-13 ta’ Settembru. Is-serje tista’ tismagħha wkoll fuq Spotify u Apple Podcasts. Il-proġett Markapaġna huwa kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u MaltaToday. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More