Home / News / Markapaġna – Serje ġdida ta’ poddati letterarji mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Markapaġna – Serje ġdida ta’ poddati letterarji mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 30th August, 2022 Bħala parti mill-istrateġija tiegħu sabiex kontinwament jippromwovi l-pubblikazzjonijiet lokali mal-komunità, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iniedi Markapaġna – serje ġdida ta’ poddati letterarji li se jixxandru kull ġimgħa bħala awdjo u film fl-istess ħin. B’Luke Galea u Rachel Baldacchino bħala l-intervistaturi tas-serje, Markapaġna se tlaqqagħna ma’ awturi u riċerkaturi huma u jitkellmu dwar ktieb jew kotba li baqgħu f’moħħhom mix-xena lokali. Il-konverżazzjoni se tpoġġi lill-mistednin kemm fis-siġġu ta’ artisti tal-kelma, iżda wkoll bħala qarrejja tal-kelma. L-għan tas-serje hu li tagħti spazju għal diskussjoni dwar il-kotba minn Malta billi tifrex il-karatteristiċi ewlenin tax-xogħol magħżul, l-influwenzi li sawru lix-xogħol u anki x’effett kellu fuq kotba oħra, id-diwi soċjali tiegħu, u finalment il-kuntest u l-istorja li hemm madwaru. Is-serja se jkun fiha 20 poddata ma’ 20 mistieden differenti, maqsumin f’10 poddati li jixxandru minn Settembru sa nofs Novembru u li jwasslu sal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u 10 oħra li jixxandru bejn Jannar u Frar tas-sena d-dieħla. L-ewwel nofs tas-serje se titmexxa minn Luke Galea, u l-bqija minn Rachel Baldacchino. Kull episodju se jkun mogħni b’għadd ta’ rakkomandazzjonijiet mix-xena letterarja, kemm kontemporanja u anki tal-imgħoddi. Markapaġna se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-6pm fuq il-Youtube tal-KNK kif ukoll is-siti u l-paġni Facebook tal-KNK u ta’ MaltaToday, bl-ewwel poddata tkun fit-13 ta’ Settembru. Is-serje tista’ tismagħha wkoll fuq Spotify u Apple Podcasts. Il-proġett Markapaġna huwa kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u MaltaToday. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More