Home / News / Meta l-mużika tagħti karattru lill-ktieb — ‘Ħsejjes Letterarji’ waqt Kampus Kotba 2023 back to news Meta l-mużika tagħti karattru lill-ktieb — ‘Ħsejjes Letterarji’ waqt Kampus Kotba 2023 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Inizjattivi • Other 14th March, 2023 Il-mużika taf toħloq l-ambjent tal-ktieb, li fil-proċess tagħti karattru lill-istess ktieb. Waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus se jkun hemm sezzjoni li fiha l-pubbliku se jsib jilqgħu diversi kotba riċenti, wieħed fejn l-ieħor, u l-opportunità biex permezz ta’ QR Code jisma’ siltiet mużikali marbuta ma’ dak il-ktieb partikolari. ‘Ħsejjes Letterarji’ tressaq ħdejn xulxin il-letteratura u l-mużika, it-tnejn meqjusa bħala forom ta’ arti indipendenti. Minkejja l-indipendenza minn xulxin, it-tnejn għandhom karatteristiċi simili – it-tnejn iwasslu sensiela ta’ ħsus u ħsibijiet, it-tnejn jirriflettu l-emozzjonijiet, u t-tnejn jiddependu mir-ritmu. Minbarra dawn il-karatteristiċi simili, ħafna drabi jixorbu minn xulxin, jirkbu fuq xulxin, u kultant diffiċli tgħid fejn tibda waħda u tispiċċa l-oħra. Kultant, dan it-twaħħid ikun sottili, drabi oħra fil-wiċċ. Għalhekk, il-pubbliku se jkun jista’ jesperjenza din ir-rabta bejn it-tnejn, igawdi l-letteratura u l-mużika, u jispekula għaliex silta mużikali partikolari hija marbuta ma’ rumanz partikolari. Ngħidu aħna, x’inhi r-rabta bejn “Non andare via” ta’ Patty Pravo mar-rumanz Frammenti ta’ Tyrone Grima, “Love Potion number 9” ta’ The Searchers ma’ Vespri ta’ Trevor Żahra, jew “Morire” ta’ Giovanni Lindo Ferretti ma’ Kapitali ta’ Wayne Flask. Forsi wkoll, liema mużika hija l-aktar ideali bħala sfond għal waqt il-qari? Kemm huwa ideali Mahler ma’ ngħidu aħna Il-Wiċċ l-Ieħor ta’ Ġorġ Peresso? Jekk minflok se taqra Varjetà ta’ Toni Sant, jibqa’ jagħmel sens? F’dis-sezzjoni l-pubbliku se jkun jista’ josserva kif ċerti rumanzi, kotba ta’ poeżija u ta’ letteratura mhux fittizja minn Malta jinkorporaw il-mużika fit-test, tant li hemm drabi fejn jistgħu jiġu aċċessati playlists sħaħ minn ktieb wieħed. Ir-rabta bejn il-mużika u l-letteratura se tiġi diskussa wkoll permezz tad-diskussjoni “Frammenti Mużikali” li se tittella’ nhar il-Ħamis, 23 ta’ Marzu f’nofsinhar. Din se titmexxa mid-DJ ta’ Campus FM, Colin Fitz, il-mużiċisti Noah Fabri, u l-awtur tar-rumanz Tyrone Grima. Aktar tard dakinhar, l-Għaqda tal-Malti se ttella’ l-avveniment “Poeżija Slam”, li fiha l-pubbliku se jkun mistieden mhux biss biex jattendi imma anki biex jipparteċipa billi jgħaqqad il-poeżija tiegħu mal-arti performattiva, u għalhekk għal darb’oħra tiċċajpar il-linja bejn il-letteratura u l-mużika, u r-ritmu se jingħata l-akbar importanza. L-għada l-Ġimgħa, fl-4pm, permezz tal-Palk Ħieles organizzat bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Inizjamed, il-pubbliku se jerġa’ jkun mistieden biex mhux biss ikun spettatur imma biex jippreżenta xogħlijiet tiegħu, u għal darb’oħra jistgħu jlaqqgħu l-letteratura mal-mużika. Il-programm jista’ jiġi aċċessat minn hawnhekk. Id-dħul għal Kampus Kotba – Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa b’xejn, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sal-4pm, u l-Ġimgħa mid-9am sas-7pm. Segwi l-paġna FB tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus u l-paġna tal-avvenimenti Kampus Kotba għal aktar dettalji. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More