Home / News / Ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-komunità kreattiva u l-industrija tal-pubblikazzjoni Back to News Ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-komunità kreattiva u l-industrija tal-pubblikazzjoni Festivals • Inizjattivi • Other 8th August, 2022 Ftehim li ġie ffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-għan li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni eżistenti bejn dawn iż-żewġ entitajiet għall-promozzjoni ta’ numru ta’ inizjattivi artistiċi u edukattivi, partikolarment waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Festival tal-Ktieb fil-Kampus. Il-ftehim joffri wkoll opportunitajiet lill-komunità kreattiva li taħdem fil-qasam tal-pubblikazzjoni, speċifikament l-illustraturi u d-disinjaturi grafiċi. Il-ftehim ġie ffirmat mid-Direttur tal-Fondi u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti Mary Ann Cauchi u miċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri. Il-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici u mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima. Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-ftehim huwa pass importanti biex iniedi t-triq għal kollaborazzjoni sħiħa bejn il-komunità kreattiva u l-industrija tal-pubblikazzjoni. Huwa sostna li permezz tal-investiment fl-organizzazzjonijiet artistiċi u edukattivi qed joħloq appoġġ fit-tul filwaqt li jipprovdi pjattaformi għal din il-komunità, li kulma jmur dejjem qed tikber. Il-Ministru Clifton Grima tkellem dwar l-importanza tal-ktieb fl-edukazzjoni u qal li, “Il-Ministeru għall-Edukazzjoni permezz ta’ dan il-ftehim qed jinkoraġġixxi għal darba oħra l-ħidma ta’ din l-industrija u qed jara li din il-ħidma tkompli ssaħħaħ l-industrija tal-ktieb Malti u l-promozzjoni tal-qari tal-ktieb. Permezz ta’ dan il-ftehim qed ninvestu wkoll fil-ktieb, għodda bżonjuża ferm għall-istudenti tagħna li jużawha mhux biss għat-tagħlim imma wkoll fil-ħin liberu biex ikomplu jwessgħu l-għarfien tagħhom”. Is-Sa Mary Ann Cauchi sostniet li din il-kollaborazzjoni se ttejjeb u ssostni l-industrija tal-kotba partikolarment għall-illustraturi u għad-disinjaturi grafiċi, biex tipprovdilhom aktar opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali u kreattiv, u anke aċċessibbiltà aħjar għall-kotba u għall-pubblikazzjonijiet immirati għal udjenzi differenti. “Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħerqan biex din il-kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti tħalli l-frott tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mal-promozzjoni ta’ xogħol ta’ msieħba tagħna fl-industrija tal-kotba, jiġifieri l-illustraturi u d-disinjaturi grafiċi. Dan il-ftehim se jsaħħaħ ukoll in-netwerks professjonali ta’ bejnietna. Il-missjoni tagħna hija li naħdmu ma’ entitajiet kulturali oħra biex inwieżnu x-xena lokali tal-pubblikazzjoni, inxettlu talenti ġodda, u noħolqu spazju fejn il-letteratura Maltija tkun rikonoxxuta kif tassew jixirqilha,” sostna ċ-Chairman Eżekuttiv Mark Camilleri. Dan il-ftehim se joħloq aktar opportunitajiet għall-artisti li għandhom interess li jippubblikaw xogħol artistiku kemm lokalment u anke barra minn pajjiżna; dan filwaqt li jżewweġ l-arti lokali mal-letteratura biex jattira interess lejn ix-xena lokali tal-pubblikazzjoni li twassal għal żieda fl-esportazzjoni tal-illustrazzjonijiet Maltin. Il-ftehim se joħloq ukoll aktar opportunitajiet għall-integrazzjoni tal-arti u tal-letteratura u se jiġu organizzati numru ta’ laqgħat ta’ informazzjoni u ta’ netwerking. STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORTS, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More