Home / News / NBC 02/2023 Pożizzjoni ta’ Manager mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: Numru tal-permess ta’ Jobsplus 505/2023 back to news NBC 02/2023 Pożizzjoni ta’ Manager mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: Numru tal-permess ta’ Jobsplus 505/2023 Inizjattivi • Other 4th July, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jilqa’ applikazzjonijiet għall-irwol ta’ Manager fuq bażi full-time indefinita u b’kuntratt. 1.0 It-tul u l-kundizzjonijiet tax-xogħol 1.1 L-irwol ta’ Manager tal-Marketing huwa fuq bażi full-time indefinita, u l-applikant magħżul ikun jeħtieġ jaħdem 40 siegħa f’ġimgħa fuq ħamest ijiem, mifruxin fuq kalendarju ta’ sena li jkopri wkoll il-ħinijiet ġenerali ta’ ftuħ għas-servizzi tal-KNK. 2.0 Is-salarju skont il-pożizzjoni 2.1 Is-salarju għal dil-pożizzjoni ta’ Manager tal-Marketing huwa l-istess għal dak fi Skala 7, li fl-2023 kien ta’ €27,698 fis-sena b’żieda annwali ta’ €531, u li jħorr miegħu wkoll il-bonus performattiv sa mhux aktar minn 10% tal-paga, kumpens ta’ €750 għall-ispejjeż, kumpens ta’ €2,500 għat-trasport, u kumpens ta’ €750 għall-komunikazzjoni. Dawn kollha parti mill-pakkett. 3.0 X’inhu mistenni 3.1 Id-doveri u r-responsabbiltajiet tal-Manager jinkludu: Jistabbilixxi u jżomm kuntatt tajjeb mal-imsieħba ewlenin, fosthom l-aġenziji tal-Gvern, organizzazzjonijiet mis-servizz pubbliku u istituzzjonijiet letterarji, u jikkomunika mas-servizz pubbliku, is-settur pubbliku, u l-aġenziji tal-Gvern; Jikkollabora mal-libreriji, l-iskejjel, u l-istituzzjonijiet edukattivi sabiex jixpruna kultura ta’ qari u jwieżen l-edukazzjoni letterarja; Jeditja u jikteb dikjarazzjonijiet, rapporti, u dokumenti vari (uffiċjali, interni, u/jew pubbliċi); Jikkordina, jieħu ħsieb u jimmaniġġja proġetti u avvenimenti ewlenin, billi jħaddem sistema ta’ mmaniġġjar proġett proġett; Jimmaniġġja tenders u applikazzjonijiet għal fondi, fosthom il-kordinazzzjoni tal-proċess u l-preparazzjoni tad-dokumenti meħtieġa, u jassigura li kollox sir skont ir-regolamenti u l-gwidi tal-prokura. Dan lista’ jinkludi l-immaniġġjar ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea (UE), it-teħid tal-ħsieb tal-proċess tal-applikazzjoni, ir-rappurtaġġ finanzjarju, u l-moniteraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġett skont ir-rekwiżiti tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fondi; Jara li jżomm mar-Regolamenti Finanzjarji u tal-Prokura Pubblika, sabiex jiġbor l-istimi, jipprepara d-dokumenti għall-istimi jew it-tenders, u jimmaniġġja l-istimi mibgħuta mill-fornituri ta’ partijiet terzi jew fornituri ta’ servizzi skont il-baġit allokat; Jimmaniġġja l-fondi għal proġetti ta’ pubblikazzjoni u inizjattivi, dejjem skont dal mitlub mill-prokura pubblika; Jirrappreżenta lill-KNK f’konferenzi stampa, jiltaqa’ mal-midja, u jkollu laqgħat Malta u barra; Josserva bir-reqqa kontinwament kotba ppubblikati lokalment u x-xejriet letterarji li jkunu qed iseħħu; Jimmaniġġja u jaġġorna d-dejta amministrattiva tal-KNK; Jieħu ħsieb inizjattivi oħrajn skont l-esiġenzi tas-settur pubbliku hekk kif ikunu kkomunikati mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK. 4.0 Rekwiżiti tal-Eliġibbiltà 4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: a) ċittadini Maltin jew b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew d) kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja. Ikun kapaċi jikkomunika bil-Malti u bl-Ingliż Ikollu grad ta’ Baċellerat fl-Arti rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 krettu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) jew sena esperjenza ta’ xogħol simili jew Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. Għall-finijiet ta’ din l-applikazzjoni, l-esperjenza tax-xogħol hekk kif issemmiet f’punt 4.1 tinkludi wkoll espejenza fir-Relazzjonijiet Pubbliċi, l-Amministrazzjoni u/jew esperjenza fl-Immaniġġjar. 4.2 Tingħata attenzjoni lil dawk l-applikanti li, minbarra dak mitlub hawn fuq, ikollhom ukoll: Għarfien tal-industrija lokali tal-kotba u tax-xeni letterarji u akkademiċi barranin Ħakma tat-tielet lingwa, ngħidu aħna l-Franċiż, it-Taljan, il-Ġermaniż u l-Ispanjol Esperjenza ta’ xogħol f’das-settur 4.3 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, skont il-proviżjonijiet applikabbli għal din l-applikazzjoni 5.0 Is-sottomissjoni tad-dokumenti li jwieżnu lill-applikazzjoni 5.1 Il-kwalifiki u l-esperjenza li l-persuna jkollha għandhom jintwerew b’ċertifikati u/jew dokumenti li kopja tagħhom għandha tkun mehmuża mal-applikazzjoni. Kopji skennjati mibgħuta b’mod elettroniku huma aċċettati. Dan li ġej irid ikun sottomess: CV tal-Europass aġġornat li jkun jinkludi n-Numru tal-Karta tal-Identità Kopji skennjati taċ-ċertifikati u l-kwalifikazzjonijiet GP 47 jew l-istorja tal-impjieg mingħand JobsPlus Kondotta tal-Pulizija 5.2 Ċertifikati oriġinali jew testimonjanzi jridu jinġiebu want l-intervista sabiex jiġu vverifikati 6.0 Il-proċedura tal-għażla 6.1 L-applikanti eliġibbli jkunu assessjati minn Bord tal-Għażla li jiddetermina jekk l-applikant ikunx tajjeb għall-pożizzjoni. L-ogħla marka mogħtija hija 100, u tgħaddi jekk iġġib aktar minn 50. 7.0 Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet 7.1 L-applikazzjonijiet u d-dokumenti kollha meħtieġa grid jaslu b’email fuq nationalbookcouncil@gov.mt jew bil-posta, lis-Segretarju, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke, PBK 1776, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 14 ta’ Lulju f’nofsinhar. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More