Home / News / Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Back to News Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Other 24th April, 2017 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Drittijiet tal-Awtur, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba rebbieħa lil Malta Libraries. Il-kotba kollha kienu rebbieħa f’kategoriji differenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017, fosthom rumanzi, kotba tal-poeżija, kollezzjonijiet ta’ novelli, xogħlijiet tradotti u letteratura ta’ riċerka. Fid-29 ta’ April, il-KNK, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Cospicua, se jtella’ l-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, inizjattiva li hija maħsuba biex tiċċelebra t-tfal u l-letteratura. Ġie mħejji programm ta’ avvenimenti kulturali b’ħafna attivitajiet divertenti għat-tfal u l-familji tagħhom. Fost l-awturi li se jkunu qed jaqraw lit-tfal u jinvolvuhom f’attivitajiet edukattivi ser ikun hemm Clare Azzopardi u John A. Bonello. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jittama li dawn l-attivitajiet u donazzjonijiet se jkollhom l-effett mixtieq li jqanqlu l-interess għall-kotba u letteratura fil-qarrejja żgħar. Il-Jum Dinji tal-Ktieb ifakkarna fir-rwol tal-kotba u l-litteriżmu fl-iżvilupp intellettwali ta’ soċjetajiet madwar id-dinja. Huwa wkoll tifkira tal-importanza tar-rispett għad-drittijiet tal-awturi u l-pubblikaturi. Il-KNK jaħdem ħafna biex idaħħal dan is-sens ta’ rispett fil-komunità lokali. Nixtiqulkom Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Dritt tal-Awtur mill-isbaħ! SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More