Home / News / Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 9th May, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Bħas-soltu, il-Festival se ssir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 8-12, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta . L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u l-aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’ attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma mistiedna japplikaw. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Huma mfakkra li applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm ta’ attivitajiet. Il-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 tista’ titniżżel mill-paġna tagħna hawn. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li taqra b’attenzjoni t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma tapplika. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibilità għall-parteċipazzjoni int mitlub li tikteb lil Simona Cassano fuq simona.cassano@gov.mt jew lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu mimlija sew u mibgħuta jew mehmuża f’email lil Simona Cassano (fuq l-istess indirizz li jidher hawn fuq) jew bil-posta lis-Sur Joe Debattista fl-indirizz li jidher hawn taħt, sa mhux aktar tard mill-10 Awissu, 2017. National Book Council Central Public Library Prof. J. Mangion Street Floriana, FRN 1800 MALTA SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More