Home / News / Sejħa Miftuħa għal Animatur Diġitali/Disinjatur tal-moviment back to news Sejħa Miftuħa għal Animatur Diġitali/Disinjatur tal-moviment Festivals • Inizjattivi • Other 4th June, 2024 Vidjo Promozzjonali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u l-Malta Community of Illustrators (MCOI) bi pjaċir iħabbru sejħa miftuħa għal animatur diġitali/disinjatur tal-moviment sabiex joħloq vidjo promozzjonali li jirbaħ lill-udjenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 ibbażat fuq l-illustrazzjonijiet ta’ Moira Scicluna Zahra. Il-vidjo jrid jesplora t-tema tal-Festival ta’ din is-sena: #kotbakitbauaktar, u l-pjattaformi u midja varji li l-letteratura tagħmel possibbli, li juri r-relazzjoni tagħha mal-mużika, it-teatru, iċ-ċinema u l-illustrazzjoni. Din hija opportunità eċċellenti biex il-persuna magħżula tinvolvi ruħha fl-akbar festival f’Malta ddedikat għall-kotba u l-industrija tal-pubblikazzjoni. Diversi illustrazzjonijiet li se jkunu parti mill-poster finali (li se jiġi ppreżentat lill-pubbliku fil-5 ta’ Settembru) se jkunu disponibbli għall-applikanti, għajr għall-erba’ karattri ewlenin rappreżentanti tal-mużika, it-teatru, iċ-ċinema u l-illustrazzjoni), u l-poster sħiħ innifsu. Għalhekk il-pakkett tal-illustrazzjonijiet jinkludi illustrazzjonijiet ta’ kotba rappreżentanti ta’ kull karattru ewlieni, serje ta’ disinn relatabbli ma’ kull karattru ewlieni, it-tipografika, u l-immaġnijiet li servew lil Moira Scicluna Zahra bħala ispirazzjoni fil-ħolqien tal-illustrazzjonijiet. L-illustrazzjonijiet disponibbli għall-applikanti kienu l-ewwel elementi maħruġa tal-kampanja tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, u se jkunu segwiti minn kxif ta’ karattru permezz ta’ erba’ powsts ewlenin fix-xhur li ġejjin. L-applikant magħżul se jkollu aċċess għall-elementi kollha tal-powster, inkluż il-karattri ewlenin. Kif Tapplika Jekk inti bħala animatur diġitali jew disinjatur tal-moviment interessat f’din l-opportunità eċitanti jekk jogħġbok ressaq il-materjali li ġejjin permezz ta’ din il-formola. Il-portafoll tiegħek li juri xogħol relevanti u li juri l-ħiliet tiegħek fl-animazzjoni u d-disinn ta’ movimenti. Il-proposta tiegħek: deskrizzjoni tal-approċċ tiegħek għal dan il-proġett u kif tippjana li tagħti ħajja lill-kunċett tiegħek. ** Proposta ta’ skeda taż-żmien għat-tlestija tal-vidjo promozzjonali fl-4-6 ġimgħat allokati. Il-kuntatti personali tiegħek (l-isem, l-email, in-numru tal-mobajl) X’Qed Nistennew Ħin tal-vidjo: bejn 30 u massimu ta’ 35 sekonda u jingle iqsar addizzjonali ta’ bejn 5 u 7 sekondi Tip: Animazzjoni viżiva Użu: online (mp4) u biex potenzjalment jiġi mxandar fuq it-televiżjoni, kif ukoll fuq prirolls f’portali online Lingwa: il-Malti, b’sottotitoli bl-Ingliż Skript: minimali (ftit speech bubbles/ supers) Aktar informazzjoni dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 (18-22 ta’ Ottubru) tinsab fuq www.ktieb.org.mt Il-hashtags tal-Festival huma: ‘#beyondbooks’ – ‘#kotbakitbauaktar’ Dati Importanti – Tħabbir tas-sejħa miftuħa: Is-6 ta’ Ġunju – Data ta’ skadenza biex tressaq l-applikazzjoni u l-proposta tiegħek: L-20 ta’ Ġunju – Data tat-tħabbir tal-applikazzjoni rebbieħa: It-12 ta’ Lulju – Data ta’ skadenza għal preżentazzjoni tal-vidjo: Minn erba’ sa sitt gimgħat mit-tħabbir tar-riżultati u l-kisba tal-informazzjoni kollha relevanti, tgħarrif sħiħ u l-artwork – li se jiġu diskussi mal-applikant magħżul – Pubblikazzjoni tal-programm tal-Festival u l-vidjo promozzjonali: It-12 ta’ Settembru Struttura tal-Proposta Tiegħek Meta tressaq il-proposta tiegħek, jekk jogħġbok strutturaha skont dawn l-elementi ewlenin: Introduzzjoni: Introduċi ruħek u agħti ħarsa ġenerali fuq l-esperjenza tiegħek fl-animazzjoni diġital u d-disinn tal-moviment. Approċċ: Aqsam l-approċċ u l-viżjoni kreattivi tiegħek għal dan il-vidjo promozzjonali, waqt li żżomm f’moħħok it-tema tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u l-kunċett ta’ #kotbakitbauaktar. L-illustrazzjonijiet tal-kampanja tal-Festival saru minn Moira Scicluna Zahra u l-messaġġ tagħha lilek hu: “L-ispirazzjoni tiegħi għax-xogħol artisitku ta’ dis-sena ġiet mill-komiks Franċiżi u illustrazzjonijiet ta’ nofs is-seklu, għalhekk qed infittxu animazzjoni li hija cool, ħajja u sofistikata.” Il-proposta għandha tinkludi għall-inqas tliet xeni – li tibda ngħidu aħna mill-illustrazzjonijiet tal-ktieb li jirrappreżentaw kull karattru. L-illustrazzjonijiet tal-ktieb jistgħu jwasslu għall-karattri individwali, li għalhekk jiffokaw fuq kull midja individwali għaliha nnifisha. L-aħħar xena tista’ turi l-powster sħiħ. Skeda taż-żmien: Qassam il-pjan tal-proposta tax-xogħol tiegħek skont id-data ta’ skadenza. Portafoll: Agħti eżempji relevanti mill-portafoll tiegħek li juru l-ħiliet u l-għarfien espert tiegħek. Skript qasir għall-vidjo promozzjonali jkun apprezzat. L-iskript għandu jkun konċiż u jenfasizza l-messaġġ ewlieni tal-Festival. Il-Proċess tal-Għażla Il-proċess tal-għażla se jkun ibbażat fuq il-ħila, l-abbiltà li tirrakkonta storja u kemm il-proposta tidħol tajjeb mat-tema tal-Festival ta’ dis-sena. Xogħlok se jkun iġġudikat skont dawn it-tliet kriterji: – L-idea u l-kuntest – Il-ħila u t-teknika – Il-kreattività u l-innovazzjoni Kumpens Il-ħlas li jinkludi kollox għall-Animatur Diġitali/Disinjatur tal-Moviment għaż-żewġ vidjos huwa ta’ €3,000, VAT eskluża. Dan il-ħlas jinkludi wkoll l-ispiża biex jinħoloq il-vidjo ta’ bejn 30 u massimu ta’ 35 sekonda u jingle iqsar addizzjonali ta’ bejn 5 u 7 sekondi bis-sound loops. Il-ħlas isir wara li l-vidjo jitlestla u jitwassal lilna. L-animaturi jridu jressqu fattura għall-ħlas tagħhom u jkollhom numru tal-VAT. Ninkoraġġixxu lill-applikanti biex iduru l-informazzjoni mogħtija hawnhekk bir-reqqa u jallinjaw il-proposti tagħhom skont l-għanijiet u l-istil tal-Festival, kif ukoll l-iskeda taż-żmien, l-ambitu u l-baġit. Għal kwalunkwe mistoqsijiet jew kjarifikazzjoni fuq din is-sejħa, jekk jogħġbok ikkuntattja lil simona.cassano@ktieb.org.mt Ingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjoni tal-qawwa tal-letteratura u l-konessjonijiet diversi ma’ midja oħra fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. L-animazzjoni tiegħek tista’ tkun il-midja perfetta biex tispira, teduka, u tixpruna l-immaġinazzjoni tal-pubbliku li jiġi l-Festival. Ħerqanin nirċievu l-proposti tagħkom! Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Malta Community of Illustrators SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More